STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Iffirmat ftehim għall-koperazzjoni bejn il-Korporazzjoni għas-servizzi tal-Ilma u s-SONEDE (Société Nationale d’exploitation et de Distribution des Eaux ) tat-Tuneżija.
Il-ftehim kien iffirmat illum mill-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma l-Onorevoli Konrad Mizzi u l-Ministru Tuneżin għall-Agrikoltura u Riżorsi tal-Ilma Mohammed Ben Salem.
Permezz ta’ dan il-ftehim iż-żewġ korporazzjonijiet se jkunu qed jikkoperaw f’oqsma bħal produzzjoni tal-ilma, is-sostenibbilita` tal-ilma, u d-distribuzzjoni fost oħrajn.
Dan se jkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ pajjiżi li t-tnejn li huma għandhom l-isfida li jipprovdu ilma ta’ kwalita’ tajba mir-riżorsi pprovduti lilhom f’kundizzjonijiet ta’ klima xejn favorevoli.
B’dan il-ftehim se tkun qed issir ħidma li permezz taghha, iż-żewg pajjiżi se jkunu qed jaqsmu l-ideat tagħhom dwar kif jistghu jaghmlu l-aħjar użu mill-ilma. Dan se jsir billi l-esperti ser jaħdmu flimkien f’oqsma bħal konservazzjoni tal-ilma, desalinizzazzjoni, riċerka xjentifika, użu tal-ilma trattat u diversi oqsma oħra.
L-Onorevoli Konrad Mizzi qal li dan il-Gvern iħares lejn l-ilma bħala riżors important ħafna u li huwa għalhekk li l-Gvern diġa beda għaddej b’ħidma li tindirizza l-isfida li jġib miegħu l-ilma.
Huwa awgura li l-iffirmar ta’ dan il-ftehim iwassal għal aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029