Left arrow Mur Lura

BEDA UFFIĊJALMENT IL-PERJODU TA’ HAND OVER TA’ PJAZZA TEATRU RJAL

pr1381
Date Icon 28/06/2013

F’Konferenza tal-aħbarijiet is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali Dr Jose Herrera ħabbar li beda uffiċjalment il-perjodu ta’ hand over ta’ Pjazza Teatru Rjal mill-GHRC għal għand il-Ministeru responsabbli minnu. Huwa qal li l-Gvern jinsab impenjat li jagħmel dak kollu possibbli mir-realtajiet tal-wesgħa miftuħa ta’ Pjazza Teatru Rjal. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-għan tal-Gvern huwa li jiġġenera l-impjiegi permezz tal-kultura.

Fi tmiem żjarja li matulha ingħataw l-aħħar dettalji ta’ xogħlijiet li saru fuq dan is-sit, is-Segretarju Parlamentari spjega l-motivazzjoni wara l-isem Pjazza Teatru Rjal. Huwa qal li l-Gvern ried iżomm l-aspett storiku ta’ dan is-sit imħallta mar-realtajiet tal-ispazji miftuħa. PTR (Pjazza Teatru Rjal) ser tkun tista’ takkomda mal-900 persuna bilqiegħda u kważi 1500 persuna f’każ li l-udjenza tkun bil-wieqfa. Il-post huwa mgħammar b’diversi faċilitajiet li jgħinu l-espressjoni artistika. 

Sostna li bħalissa l-pajjiż qed jesperjenza realtà sabiħa marbuta mat-tmexxija politika kulturali. Dan għaliex l-enfasi tas-Segretarjat immexxi minnu qed taħdem sabiex ikun hemm sinerġija bejn l-attivitajiet kulturali u l-okkażjonijiet storiċi li ser jesperjenza matul din il-leġislatura fosthom Valletta 2018.

L-Onor. Herrera spjega kif dan ix-xahar li ġej huwa żmien ta’ transazzjoni fejn ser iseħħu attivitajiet kulturali tal-Malta Arts Festival u li fi ftit ġimgħat oħra ser titħabbar id-data fejn ser isir il-ftuħ uffiċjali ta’ dan l-ispazju. Saħħaħ dan ukoll Dr Stefan Zrinzo Azzopardi fejn spjega il-metidoloġija li intużat sabiex inbena dan l-ispazju. Illum beda uffiċjalment il-perjodu ta’ hand over ta’ dan l-ispazju sabiex jiġi użat għal attivitajiet pubbliċi. Intant ser jibqgħu jseħħu xi xogħlijiet fil-post sabiex isaħħu l-faċilitajiet li qegħdin jiġu offruti ħalli l-esperjenza f’dan il-post tkun waħda ta’ kwalità. Huwa sostna illi biż-żmien ser inkunu nistgħu nifmhu aktar l-użu tal-ispazju u għalhekk nistgħu ntejbu s-servizzi offruti.

Is-Sur Mario Frendo, direttur artistiku tal-Malta Arts Festival tkellem fuq il-mod kif dan l-ispazju inbidel għall-użu ta’ dan il-festival u kif illum ser ikunu qed jiġu offruti attivitajiet ta’ kwalità minn artisti ta’ kalibru internazzjonali b’użu ta’ servizzi mill-aqwa. Hu qal dan waqt li kien qed jispjega il-firxa ta’ attivitajiet li qegħdin jiġu varati għall-Malta Arts Festival li ser jibdew minn nhar il-Ħadd 30 ta’ Ġunju. Ser isiru sitt attivitajiet ġewwa PTR minn 4 kumpaniji Maltin u t-tnejn l-oħra artisti barranin. Tajjeb li wieħed ifakkar li f’dan il-festival, barra li ser ikunu qegħdin jiġu preżentati attivitajiet kulturali minn artisti stabiliti, qed jingħata spazju lill-artisti li għadhom friski fid-dinja tal-kultura, kif ukoll qegħdin isiru workshops ta’ tliet ġeneri differenti –mużika, żfin, teatru – fejn il-pubbliku ġenerali jista’ jipparteċipa b’mod attiv.

Is-Sur Albert Marshall, Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Arti u l-Kultura saħaq fuq il-bilanċ li jrid isir bejn is-sinerġiji politiċi ma’ dawk artistiċi sabiex tinħoloq politika kulturali komprensiva u inklussiva.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow