Left arrow Mur Lura

LAQGĦAT TA’ KONSULTAZZJONI DWAR L-ISTRATEĠIJA KONTRA L-FAQAR

pr1380
Date Icon 28/06/2013

Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali se jkun qed jorganizza tminn laqgħat ta’ konsultazzjoni għall-pubbliku b’rabta mal-kampanja kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, li tnediet mill-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju.

F’dawn it-tminn laqgħat il-Gvern qed jistieden lill-għaqdiet tal-komunitajiet, għaqdiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u b’hekk l-istrateġija u finalment il-politika tal-Gvern dwar il-faqar, tkun dik riflessa fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

Statistika inkwetanti turi kif fi ħdax-il sena l-faqar f’pajjiżna żdied bi kważi seba’ punti perċentwali fejn preżentament għandna 88,000 persuna fir-riskju tal-faqar u 25.8% tat-tfal Maltin u Għawdxin ukoll qed jgħixu fir-riskju tal-faqar.

Fid-dawl ta’ dan, il-Gvern iħoss l-urġenza sabiex jindirizza l-problema tal-faqar f’pajjiżna.

Il-laqgħat ta’ konsultazzjoni se jsiru matul ix-xahar ta’ Lulju u m’humiex miftuħa għall-membri tal-istampa.

Id-dati u d-dettalji tal-laqgħat huma kif ġej:

• Ħamis 4 ta’ Lulju – Marsa (Misraħ Giovanni F. Abela)

• Ġimgħa 5 ta’ Lulju – Bormla (Ġnien Santa Margerita)

• Ħamis 11 ta’ Lulju – Xgħajra (Dawret ix-Xatt)

• Ġimgħa 12 ta’ Lulju – Marsascala (Pjazza Mifsud Bonnici)

• Ħamis 18 ta’ Lulju – Valletta (Misraħ Mattia Preti)

• Ġimgħa 19 ta’ Lulju – Qawra (Triq il-Korazza)

• Ħamis 25 ta’ Lulju – Gżira (Triq ix-Xatt)

• Ġimgħa 26 ta’ Lulju – Marsalforn (Menqa)

Il-laqgħat se jsiru kollha fis-18:30 għajr għal wahda, dik ta’ Bormla li se ssir fis-19:30.

Marbuta mal-kampanja kontra l-faqar tnediet ukoll paġna fuq Facebook intitolata: Ningħaqdu kontra l-faqar, filwaqt li għal aktar informazzjoni tnieda l-indirizz elettroniku: antipoverty.mfss@gov.mt u n-numru tat-telefon 25903126.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow