MEMORANDUM OF UNDERSTANDING BEJN MALTA U T-TUNEŻIJA
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes f’laqgħat mal-Ministru tal-Agrikoltura Tuneżina Mohamed Ben Salem tkellem dwar kollaborazzjoni teknika bejn iż-żewġ pajjiżi fl-oqsma tal-agrikultura u l-akwakultura.
Fil-laqgħat, li kienu fuq medda ta’ jumejn, iż-żewġ partijiet iddiskutew biex ikun hemm kuntatti għal opportunitajiet kummerċjali u possibbiltà ta’ investimenti reċiproċi. Tkellmu wkoll dwar il-fatt li għandu jkun hemm iktar kooperazzjoni konġuta f’riċerka fil-biedja u sajd. Waqt il-laqgħat ġew esplorati diversi oqsma ta’ interess fosthom iż-żejt taż-żebbuġ, tadam proċessat, akkwakultura u frott taċ-ċitru.
Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, dak ta’ Malta u t-Tuneżija ġew imsaħħa permezz tal-fimra ta’ Memorandum of Understanding dwar l-Akwakultura bejn il-Ministru Tuneżin Ben Salem u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029