TRASPORT BIEX JIFFAĊILITA S-SERVIZZ GĦAL DAWK LI JUŻAW IĊ-ĊENTRU GĦAS-SAĦĦA TAR-RABAT, SAKEMM ISIR IX-XOGĦOL TA’ TISBIĦ
Minħabba xogħol estensiv li beda nhar it-Tnejn 24 ta’ Ġunju 2013 fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, il-pubbliku li jagħmel użu minn dan iċ-Ċentru tas-Saħħa huwa mgħarraf li s-servizzi qed jingħataw fil-Family Health Services Clinic fi Triq il-Flejġel, ir-Rabat.
Biex dawk li jużaw iċ-Ċentru għas-Saħħa tar-Rabat, ikollhom servizz aħjar, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Lulju, se jibda jingħata wkoll servizz ta’ trasport bejn iċ-Ċentru għas-Saħħa tar-Rabat u l-Family Health Services Clinic, kif ġej mit-Tnejn sas-Sibt:
| Tluq minn Misraħ San Pawl | Tluq mill-Family Health Services Clinic |
| 7.00 | 7.30 |
| 8.00 | 8.30 |
| 9.00 | 9.30 |
| 10.00 | 10.30 |
| 11.30 | 12.00 |
| 12.15 | 13.00 |
In-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat huma 2145 9082 jew 2145 9083. Il-pubbliku huwa mitlub juża dawn in-numri għal kull bżonn li jista’ jinqala’.
Il-Ministeru għas-Saħħa jfakkar li l-proġett li qed isir għandu l-iskop li l-pazjent ikun jista’ jinqeda f’ambjent isbaħ filwaqt li l-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu. Ix-xogħol fiċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat se jinkludi tisbiħ radikali tal-post, tibdil tas-sistemi tal-elettriku u tal-ilma, kif ukoll tqassim aħjar taċ-ċentru.
Il-Ministeru għas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-professjonisti u l-ħaddiema li ta’ kuljum iwasslu s-servizzi tal-kura primarja fiċ-ċentri tas-saħħa, bereġ u anke fid-djar tan-nies.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029