Left arrow Mur Lura

“INĦEĠĠEĠ BIEX AKTAR STUDENT ISEGWU KORSIJIET FL-ISPORT BIEX L-ISPORT F’PAJJIŻNA JKUN AKTAR PROFESSJONALI” – L-ONOR. STEFAN BUONTEMPO

pr1372
Date Icon 28/06/2013

Il-Gvern huwa kommess li jħeġġeġ aktar student jidħlu f’korsijiet tal-isport. Dan qalu s-Segretarju għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo waqt li attenda għall-premjazzjoni tal-istudenti ta’ korsijiet fl-isport li qed isir mill-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità tal-MCAST.

Buontempo kompla jgħid li f’pajjiżna rridu mmorru pass ’il quddiem billi jkollna aktar persuni mħarrġa professjonalment biex nagħtu importanza mistħoqqa lill-isport li wara kollox jgħin f’saħħitna u anke jgħin fl-ekonomija.

Huwa kompla jgħid li jeħtieġ li jkollna qabża fil-kwalità fl-isport u għalhekk l-istudenti għandhom l-opportunità li jkunu dawk il-persuni li jkomplu jsaħħu l-isport f’pajjiżna.

Buontempo qal li l-Gvern qed jaħdem biex itejjeb il-faċilitajiet sportivi iżda jrid ikollna wkoll sportivi professjonali li jkunu qed jagħtu sehemhom fil-qasam tas-saħħa għaliex anke dan is-settur jista’ jkun pilastru fl-ekonomija tal-pajjiż.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow