INVESTIGAZZJONI INTERNA WARA L-INĊIDENT TAL-BIERAĦ F'TAS-SLIEMA
Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma ordna li ssir investigazzjoni interna wara l-inċident li seħħ ilbieraħ f'substation f’Tas-Sliema u li fih weġgħu żewġ impjegati tal-Enemalta.
Din l-investigazzjoni għandha tiddetermina x'wassal għal dan l-inċident u x'jista’ jsir biex inċidenti sfortunati bħal dawn jiġu evitati.
Sadanittant, il-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi u ċ-Chairman tal-Enemalta Dr Charles Mangion żaru lill-impjegati li weġgħu f'dan l-inċident kemm ilbieraħ kif ukoll llum fl-Isptar Mater Dei. Kemm il-Ministeru kif ukoll it-tmexxija tal-Enemalta qed iżommu kuntatt mal-qraba ta’ dawn il-ħaddiema.
L-Onorevoli Konrad Mizzi żar ukoll il-post fejn seħħ l-inċident u tkellem mal-ħaddiema li kienu fuq il-post.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029