Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN PALESTINJAN L-ONOREVOLI RAID MALKI

pr1369
Date Icon 27/06/2013

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati l-Onorevoli Anglu Farrugia, llum rċieva żjara ta’ kortesija mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Palestina l-Onorevoli Raid Malki. Tul il-laqgħa, l-Ispeaker qal li huwa mportanti li jiġi stabbilit l-ewwel Parliamentary Friendship Group bejn il-Parlament Malti u l-Parlament Palestinjan.  

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Palestina, l-Onorevoli Raid Malki, laqa’ b’sodisfazzjon it-talba li saret mill-Ispeaker l-Onorevoli Anġlu Farrugia li jiġi stabbilit l-Parliamentary Friendship Group bejn iż-żewġ parlamenti rispettivi. Huwa qal li l-Palestina dejjem irrikonoxxiet li pajjiżna kien dejjem hemm għalihom u għaldaqstant hu stess ser ikun qed isegwi dak kollu li hemm bżonn sabiex fl’iqsar żmien tinżam l-ewwel laqgħa tal-Parliamentary Friendship Group ġewwa l-Palestina.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow