IMĦABBRA R-REBBIEĦA TAL-PREMJU NAZZJONALI GĦAL APPOGG LILL-INTRAPRIŻA
F’Ċerimonja li saret fiċ-Ċentru tal-Kreattivita' fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ppresjeda l-unuri tal-Premijiet Nazzjonali għall-Apoġġ lill-Intrapriżi.
Fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li dan il-Premju, li jirrikonoxxi u jippremja inizjattivi li jappoġġaw lill-imprenditorija, mhuwiex biss kompetizzjoni li twassal lir-rebbieħa għal premju ta’ flus iżda għandu wkoll iservi biex jitqajjem għarfien dwar l-intrapriża u biex kull min huwa eliġibbli biex jikkompeti, ikollu inċentiv ieħor biex ikun kreattiv fl-inizjattivi li jieħu biex jitkattar is-settur kummerċjali.
Apparti l-premjijiet attrajenti, hemm il-possibilta’ li kull proġett li jipparteċipa jista jintgħażel biex jikkompeti f’isem Malta fil-kompetizzjoni ferm prestiġjuża “European Enterprise Promotion Awards”.
Dr Chris Cardona qal li fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea tagħti mportanza kbira lill-Premju għal-appoġġ lill-intrapriza. Il-Kummissjoni torganizza dan il-Premju fuq livell Ewropew fejn żewġ entitajiet minn kull Stat Membru jiġu nnominati għall-Premju. Il-Kummissjoni Ewropea temmen li għandu jingħata dan ir-rikonoxximent għaliex fl-aħħar mill-aħħar in-negozji żgħar u medji jilgħabu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea speċjalment f’dan iż-żmien fejn irridu nissaħħu bħala Unjoni u nħarsu ‘l quddiem.
Fost l-għanijiet ta’ dan il-Premju fuq bażi Ewropea hemm dik li jkunu identifikati u jkunu rikonoxxuti attivitajiet u inizjattivi ta’ suċċess li saru biex tinxtered l-intrapriża u l-intraprenditorija u tinħoloq kuxjenza akbar dwar is-sehem li għandhom l-intraprendituri fis-soċjetà.
Il-Ministru Cardona rringrazzja lil kull min ħa sehem f’din l-ewwel fażi, il-fażi nazzjonali tal-kompetizzjoni Ewropea u ħa l-okkazzjoni jinkoraġġixxi entitajiet oħra biex joħorġu b’aktar inizjattivi intraprenditorjali li fl-aħħar mill-aħħar ikomplu jsaħħu s-settur tan-negożju u l-kompetittivita’ ta’ Malta.
Indirizza wkoll lil dawk kollha prezenti s-Sur Noel Bartolo d-direttur responsabli mill-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Artiġjanat, fid-dipartiment tal-Kummerċ.
Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriża | ||
Kategorija Miftuħa għall-Kunsilli Lokali | ||
L-Ewwel Post: Kunsill Lokali Ħamrun | “Increase the Economic Activity of the Hamrun Business Environment” | €20,000* |
It-Tieni Post: Kunsill Lokali Mellieħa | “Mellieħa…….it-Triq il-Quddiem” | €10,000* |
Kategorija Miftuha għal Entitajiet Oħrajn | ||
L-Ewwel Post: Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry | “Internationalisation Survey” | €20,000* |
It-Tieni Post: Kunsill Lokali Mellieħa | “Linking Enterprise Programme” | €10,000* |
Premju ta’ Konsolazzjoni: St.Thomas More College | “We mean Business” | €5,000 |
* 60% of the prize given to winners today. The rest (40%) will be given to winners in the coming months subject to conditions being met.
Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriża | ||
Kategorija Miftuħa għall-Kunsilli Lokali | ||
L-Ewwel Post: Kunsill Lokali Ħamrun | “Increase the Economic Activity of the Hamrun Business Environment” | €20,000* |
It-Tieni Post: Kunsill Lokali Mellieħa | “Mellieħa…….it-Triq il-Quddiem” | €10,000* |
Kategorija Miftuha għal Entitajiet Oħrajn | ||
L-Ewwel Post: Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry | “Internationalisation Survey” | €20,000* |
It-Tieni Post: Kunsill Lokali Mellieħa | “Linking Enterprise Programme” | €10,000* |
Premju ta’ Konsolazzjoni: St.Thomas More College | “We mean Business” | €5,000 |
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029