Left arrow Go Back

IMĦABBRA R-REBBIEĦA TAL-PREMJU NAZZJONALI GĦAL APPOGG LILL-INTRAPRIŻA

pr1352
Date Icon 26/06/2013

F’Ċerimonja li saret fiċ-Ċentru tal-Kreattivita' fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona ppresjeda l-unuri tal-Premijiet Nazzjonali għall-Apoġġ lill-Intrapriżi.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru qal li dan il-Premju, li jirrikonoxxi u jippremja inizjattivi li jappoġġaw lill-imprenditorija, mhuwiex biss kompetizzjoni li twassal lir-rebbieħa għal premju ta’ flus iżda għandu wkoll iservi biex jitqajjem għarfien dwar l-intrapriża u biex kull min huwa eliġibbli biex jikkompeti, ikollu inċentiv ieħor biex ikun kreattiv fl-inizjattivi li jieħu biex jitkattar is-settur kummerċjali.

Apparti l-premjijiet attrajenti, hemm il-possibilta’ li kull proġett li jipparteċipa jista jintgħażel biex jikkompeti f’isem Malta fil-kompetizzjoni ferm prestiġjuża “European Enterprise Promotion Awards”.

Dr Chris Cardona qal li fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea tagħti mportanza kbira lill-Premju għal-appoġġ lill-intrapriza. Il-Kummissjoni torganizza dan il-Premju fuq livell Ewropew fejn żewġ entitajiet minn kull Stat Membru jiġu nnominati għall-Premju.  Il-Kummissjoni Ewropea temmen li għandu jingħata dan ir-rikonoxximent għaliex fl-aħħar mill-aħħar in-negozji żgħar u medji jilgħabu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea speċjalment f’dan iż-żmien fejn irridu nissaħħu bħala Unjoni u nħarsu ‘l quddiem.

Fost l-għanijiet ta’ dan il-Premju fuq bażi Ewropea hemm dik li jkunu identifikati u jkunu rikonoxxuti attivitajiet u inizjattivi ta’ suċċess li saru biex tinxtered l-intrapriża u l-intraprenditorija u tinħoloq kuxjenza akbar dwar is-sehem li għandhom l-intraprendituri fis-soċjetà.

Il-Ministru Cardona rringrazzja lil kull min ħa sehem f’din l-ewwel fażi, il-fażi nazzjonali tal-kompetizzjoni Ewropea u ħa l-okkazzjoni jinkoraġġixxi entitajiet oħra biex joħorġu b’aktar inizjattivi intraprenditorjali li fl-aħħar mill-aħħar ikomplu jsaħħu s-settur tan-negożju u l-kompetittivita’ ta’ Malta.

Indirizza wkoll lil dawk kollha prezenti s-Sur Noel Bartolo d-direttur responsabli mill-Intrapriżi ż-Żgħar u l-Artiġjanat, fid-dipartiment tal-Kummerċ.

Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriża

Kategorija Miftuħa għall-Kunsilli Lokali

L-Ewwel Post:

Kunsill Lokali Ħamrun

“Increase the Economic Activity of the Hamrun Business Environment”

€20,000*

It-Tieni Post:

Kunsill Lokali Mellieħa

“Mellieħa…….it-Triq il-Quddiem”

€10,000*

Kategorija Miftuha għal Entitajiet Oħrajn

L-Ewwel Post:

Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry

“Internationalisation Survey”

€20,000*

It-Tieni Post:

Kunsill Lokali Mellieħa

“Linking Enterprise Programme”

€10,000*

Premju ta’ Konsolazzjoni:

St.Thomas More College

“We mean Business”

€5,000

* 60% of the prize given to winners today. The rest (40%) will be given to winners in the coming months subject to conditions being met.

Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriża

Kategorija Miftuħa għall-Kunsilli Lokali

L-Ewwel Post:

Kunsill Lokali Ħamrun

“Increase the Economic Activity of the Hamrun Business Environment”

€20,000*

It-Tieni Post:

Kunsill Lokali Mellieħa

“Mellieħa…….it-Triq il-Quddiem”

€10,000*

Kategorija Miftuha għal Entitajiet Oħrajn

L-Ewwel Post:

Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry

“Internationalisation Survey”

€20,000*

It-Tieni Post:

Kunsill Lokali Mellieħa

“Linking Enterprise Programme”

€10,000*

Premju ta’ Konsolazzjoni:

St.Thomas More College

“We mean Business”

€5,000

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow