“Il-GVERN JIDDJALOGA MA’ KULĦADD U JINKORAĠĠIXXI INIZJATTIVI POŻITTIVI, FILWAQT LI JIĠI RISPETTAT IL-MANDAT ELETTORALI LI GĦANDU” – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima laqa’ stedina li saritlu mill-BirdLife Malta u dalgħodu żar ir-Riserva Naturali fl-Għadira.
Huwa ġie mdawwar f’diversi partijiet tar-Riserva Naturali mid-diriġenti tal-BirdLife Malta li jieħdu ħsieb dan il-post.
F’kummenti li għadda l-Ministru Leo Brincat faħħar ix-xogħol li sar u qed isir fuq ir-Riserva Naturali u qal li dan is-sit huwa wieħed interessanti għall-aħħar l-aktar mill-aspett ambjentali.
Il-Ministru Brincat innota b’sodisfazzjoni li preżenti għaż-żjara fir-Riserva Naturali kien hemm mhux biss attivisti tal-BirdLife Malta, jżda ukoll rappreżentanti mill-FKNK u ċ-Chairman tal-Kumitat Ornis fost oħrajn.
Huwa għamel referenza għad-diversi laqgħat kostruttivi li kellu mal-BirdLife Malta u l-FKNK u qal li mal-partijiet involuti huwa dejjem tkellem bl-istess lingwaġġ.
Il-Ministru Leo Brincat qal li dan il-Gvern jiddjaloga ma’ kulħadd u lest li jkompli jagħmel dan, filwaqt iżda li għandu jiġi rispettat il-mandat elettorali li għandu.
Kien hawnhekk li huwa appella biex f’mumenti ta’ tensjoni għandu dejjem jipprevali s-sens komun. Qal li minkejja differenzi trid tinstab it-triq tan-nofs kif wieħed jista’ jaħdem flimkien, mingħajr iżda ħadd ma jkollu jbiddel l-ideali li jemmen fihom.
Il-Ministru Leo Brincat qal li huwa jinkoraġġixxi kull ħidma pożittiva li tista’ jssir minn kwalunkwe għaqda ambjentali. Żied jgħid li kull inizjattiva jżda trid tittieħed fil-kuntest tal-Management Plans tas-siti Natura 2000, li jinsabu għaddejjin bħalissa minn naħa tal-MEPA.
Iż-żjara tal-Ministru fir-Riserva Naturali fl-Għadira saret ukoll f’okkażżjoni tal-fatt li f’din ir-riserva rnexxilhom ifaqqsu għasafar tat-tip Black-winged Stilts (bil-Malti Frasservjent).
Skont dak reġistrat, din hija t-tieni darba li għasafar ta’ dan it-tip irnexxilhom ifaqqsu fil-gżejjer Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029