L-ENTITAJIET PRIVATI IMPORTANTI GĦALL-IŻVILUPP TAL-POLITIKA MARITTMA GĦAL PAJJIŻNA
Dalgħodu saret żjara ta’ korteżija lis-Segretarju Parlamentari L-Onor. Dr Edward Zammit Lewis mis-sezzjoni ta’ Shipping and Bunkering Business u l-Association of Ship Agents fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ. Ġew diskussi diversi suġġetti li jolqtu lis-settur marittimu, fosthom il-bżonn illi pajjiżna ma jibqax jikkonċentra biss fuq ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti, f’liema settur pajjiżna għamel suċċess. Iżda pajjiżna għandu jidħol ukoll f’setturi oħra marittimi li jistgħu jkunu ta’ benefiċju għall-ekonomija Maltija.
Iż-żewġ entitajiet offrew l-għajnuna tagħhom fit-tfassil ta’ Politika Marittima għall-pajjiżna, kif ukoll saħħqu li hemm bżonn aktar riżorsi umani li jħarsu lejn is-settur marittimu bħala l-vokazzjoni tagħhom. B’hekk l-industrija Marittima ma tistaġnax, iżda tibda issib ir-riżorsi umani li għandha bżonn f’dan is-settur u jitkattru l-impjiegi ta’ kwalità.
L-Onor. Dr Zammit Lewis saħħaq li għall-Gvern huwa importanti ħafna li l-entitatajiet privati kollha fl-industrija marittima lokali mhux biss iressqu l-ħsibijiet tagħhom izda jkunu stakeholders attivi. B’dan il-mod, żgur li bħala pajjiż jirnexxilna noħolqu Politika Marittima ħolistika li tħares l-interessi ta’ kulħadd.
Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil persuni preżenti għall-fiduċja tagħhom fil-Gvern il-Ġdid f’dak li għandu x’jaqsam mal-Industrija Marittima u aċċerthom li huma ser ikun involuti f’kull stadju ta’ konsultazzjoni li ser isir fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029