Left arrow Go Back

L-ENTITAJIET PRIVATI IMPORTANTI GĦALL-IŻVILUPP TAL-POLITIKA MARITTMA GĦAL PAJJIŻNA

pr1349
Date Icon 26/06/2013

Dalgħodu saret żjara ta’ korteżija lis-Segretarju Parlamentari L-Onor. Dr Edward Zammit Lewis mis-sezzjoni ta’ Shipping and Bunkering Business  u  l-Association of Ship Agents fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ.  Ġew diskussi diversi suġġetti li jolqtu lis-settur marittimu, fosthom il-bżonn illi pajjiżna ma jibqax jikkonċentra biss fuq ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti, f’liema settur pajjiżna għamel suċċess.  Iżda pajjiżna għandu jidħol ukoll f’setturi oħra marittimi li jistgħu jkunu ta’ benefiċju għall-ekonomija Maltija. 

Iż-żewġ entitajiet offrew l-għajnuna tagħhom fit-tfassil ta’ Politika Marittima għall-pajjiżna, kif ukoll saħħqu li hemm bżonn aktar riżorsi umani li jħarsu lejn is-settur marittimu bħala l-vokazzjoni tagħhom. B’hekk l-industrija Marittima ma tistaġnax, iżda  tibda issib ir-riżorsi umani li għandha bżonn f’dan is-settur u  jitkattru l-impjiegi ta’ kwalità.

L-Onor. Dr Zammit Lewis saħħaq li għall-Gvern huwa importanti ħafna li l-entitatajiet privati kollha fl-industrija marittima lokali mhux biss iressqu l-ħsibijiet tagħhom izda jkunu stakeholders attivi.  B’dan il-mod, żgur li bħala pajjiż jirnexxilna noħolqu Politika Marittima ħolistika li tħares l-interessi ta’ kulħadd.

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil persuni preżenti għall-fiduċja tagħhom fil-Gvern il-Ġdid f’dak li għandu x’jaqsam mal-Industrija Marittima u aċċerthom li huma ser ikun involuti f’kull stadju ta’ konsultazzjoni li ser isir fil-futur.   

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow