STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Ħruġ ta’ benefiċċji soċjali għas-sena 2013
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża lill-pubbliku li l-pagamenti li jmiss tal-Allowance għat-Tfal u l-Għajnuna Supplimentari li ser jitħallsu fis-6 ta’ Lulju 2013 ser jinkludu żieda fir-rata dovuta skont il-miżuri tal-Budget kif ġej:
1. Allowance għat-Tfal – Dawk il-persuni li jaħdmu u li d-dħul annwali tagħhom ma jaqbiżx l-ekwivalenti tal-paga minima nazzjonali ser ikunu intitolati għall-ogħla rata tal-Allowance imsemmija, jiġifieri għal €22.32 fil-ġimgħa għal kull wild eliġibli.
2. Għajnuna Supplmentari - Dawk il-persuni li laħqu l-età ta’ 65 sena u li d-dħul annwali tagħhom ma jaqbiżx €9,776 jekk miżżewġin jew €6,175 jekk waħedhom ser ikunu intitolati għal żieda ta’ €1.92 fil-ġimgħa mar-rata dovuta. Dan ifisser illi l-ogħla rata ta’ din l-għajnuna għal min jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija ser tkun ta’ €10.05 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa u €6.49 fil-ġimgħa għal persuna waħedha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029