VARAR TA’ DIXXIPLINI SPORTIVI MILL-KUNSILL LOKALI TA’ SAN PAWL IL-BAĦAR
Waqt konferenza stampa li varat dixxiplini sportivi għall-komunità ta’ San Pawl il-Baħar li saret fil-bini tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo qal li l-Gvern irid jaħdem aktar mal-Kunsilli Lokali fl-interess tal-isport.
Il-Gvern huwa favur dawn l-iskemi għax mhux biss qed joħolqu kuxjenza dwar il-bżonn ta’ attività fiżika imma wkoll qed iħajru numru dejjem akbar ta’ persuni jieħdu sehem fl-isport.
F’din l-inizjattiva il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar se jinvesti b’madwar €2,000 f’dawn l-attivitajiet u l-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mad-Dipratiment tal-Gvern Lokali se jiffinanzja €2,000.
F’din l-iskema l-Kunsill Malti għall-Isport se jiffinanzja €30,000 filwaqt li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali se jiffinanzja l-istess ammont.
Buontempo qal li din l-inizjattiva torbot tajjeb mal-programm Summer on the Move li hu programm vast ta’ attivitajiet sportivi li fih se jiehdu sehem madwar 3,000 ruħ.
Huwa saħaq li peress li Malta għandha rata ta’ obeżità ta’ 21.1% nisa u 24.7% irġiel l-Gvern irid sport aċċessibbli għal kulħadd u dan jista’ jsir bi sħab mal-Kunsilli Lokali.
Is-Segretarju Parlamentari żied jgħid li l-Gvern irid li anke l-iskejjel tagħna jinfetħu barra l-ħinijiet tal-iskola u propju għalhekk li qed isir inventarju tal-faċilitajiet sportivi anke fl-iskejjel. Huwa saħaq pajjiżna għandu bżonn poplu b’saħħtu anke għaliex iktar ma jkollna poplu b’saħħtu anqas ikollna piż fuq is-settur tas-saħħa tal-pajjiż.
L-attivitajiet sportivi għal din is-sena ser ikunu Multisport activities għal kulħadd, u għawm.
Stqarrijiet Oħra:
PR262030
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...
PR262029