Left arrow Mur Lura

NINGĦAQDU KONTRA L-FAQAR

pr1329
Date Icon 24/06/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca nediet kampanja kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Din il-kampanja għandha twassal għat-tfassil ta’ strateġija u politika soċjali integrata biex tindirizza bis-serjetà l-faqar f’pajjiżna.

Din il-kampanja se tkun qed tibda x-xahar id-dieħel b’serje ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni pubblika man-nies li qed jesperjenzaw il-faqar.

Coleiro Preca fissret lil dawn in-nies bħala l-esperti tal-ħajja li flimkien mal-kontribut tal-esperti u għaqdiet tal-komunità se jgħinu biex tinbena l-istrateġija kontra l-faqar.

Hija ħeġġet lin-nies minn kull qasam tal-ħajja sabiex jattendu għal dawn il-laqgħat u jgħidu tagħhom ħalli tabilħaqq l-istrateġija u finalment il-politika tal-Gvern dwar il-faqar, tkun dik riflessa fuq il-ħtiġijiet tan-nies.

Il-Ministru Coleiro Preca rreferiet għall-statistika inkwetanti li turi kif fi ħdax-il sena l-faqar f’pajjiżna żdied bi kważi seba’ punti perċentwali.

Spjegat kif illum għandna tmienja u tmenin elf persuna li jinsabu fir-riskju tal-faqar u 25.8% tat-tfal Maltin u Għawdxin ukoll qed jgħixu fir-riskju tal-faqar.

L-Onorevoli Marie-Louise Coleiro Preca qalet li r-rapport intitolat Social Europe 2011 juri sitwazzjoni fejn f’Malta għandna individwi li jidħlu malajr fil-faqar iżda jdumu biex joħorġu minnu.

Coleiro Preca qalet li fid-dawl ta’ dan teżisti urġenza sabiex jinħass il-polz tal-poplu u l-Gvern jindirizza l-faqar bis-serjetà.

Il-Ministru spjegat li Dr. Yana Bland Mintoff se tkun responsabbli mit-tfassil tal-istrateġija kontra l-faqar filwaqt li Maria Rauch se tkun qed tagħti l-kontribut tagħha bħala esperta fil-politika soċjali.

Marbuta mal-kampanja kontra l-faqar tnediet ukoll paġna fuq Facebook intitolata: Ningħaqdu kontra l-faqar, filwaqt li għal aktar informazzjoni tnieda l-indirizz elettroniku: antipoverty.mfss@gov.mt u n-numru tat-telefon 25903126.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow