Left arrow Go Back

L-AD HOC WORKING GROUP DWAR IS-SIĠAR QIEGĦED JEŻAMINA PROPOSTI U IDEAT LI L-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U T-TIBDIL FIL-KLIMA QED JIRĊIEVI MILL-PUBBLIKU BIEX IKUNU MĦARSA S-SIĠAR TAGĦNA

pr1322
Date Icon 24/06/2013

Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat kellu laqgħa mal-ad hoc working group dwar is-siġar, li twaqqaf sa mill-bidu ta’ din il-leġislatura mill-istess Ministru bl-iskop li dan jagħti suġġerimenti prattiċi lill-Gvern dwar kif jistgħu jiġu mħarsa aħjar is-siġar tagħna.

Preżentament l-ad hoc working group qiegħed jeżamina proposti u ideat li ħarġu waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-qagħda tas-siġar f’pajjiżna li l-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima organizza fil-5 ta’ Ġunju li għadda, nhar il-Jum Dinji Favur l-Ambjent. Waqt din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni ħarġu mas-sebgħin proposta u ideat ta’ x’jista’ jsir biex inħarsu s-siġar tagħna.

Wara din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika l-Ministeru beda jilqa’ minn għand il-pubbliku sottomissjonijiet bil-miktub ta’ ideat u proposti prattiċi għall-ħarsien tas-siġar. Is-sottomissjonijiet bil-miktub qed isiru permezz tal-indirizz elettroniku yoursay.environment@gov.mt u se jibqgħu jintlaqgħu sas-7  ta’ Lulju li ġej.

Dawn is-sottomissjonijiet mistennija jiġu wkoll skrutinizzati mill-ad hoc working group.

F’dawn l-aħħar xhur l-ad hoc working group kompost minn Pamela Hansen, Anna Spiteri,  Alfred E. Baldacchino,  Charles F. Grech u Steve Borg iltaqa’ diversi drabi biex joħorġu b’inizjattivi dwar x’għandu jsir biex ma jkunx hemm aktar ħsara fuq is-siġar tagħna.

Abbażi ta’ dan kollu l-ad hoc working group ser iħejji rapport b’sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Gvern. Dan iwassal biex eventwalment il-Gvern issaħħaħ l-avviż legali għall-ħarsien u l-protezzjoni tas-siġar u jkun hemm pjan t’azzjoni biex is-siġar tagħna jiġu mħarsa aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Is-saħħa mentali u l-benesseri fil-qalba tal-edukazzjoni – Il-Ministru Byron Camilleri jindirizza l-konferenza nazzjonali EduVoices 2026

PR262030

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Is-saħħa mentali u l...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA   Fi tmiem il-ġimgħa se jsiru l-pagamenti tal-iskemi tal-anomaliji għall-2026

PR262029

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Fi tmiem il-ġ...

More Press Releases Right arrow