STQARRIJA MILL-AVUKAT ĠENERALI
L-Avukat Ġenerali jixtieq jagħmel xi preċiżazzjonijiet dwar il-proċedura applikabbli fil-każijiet li jkunu investigati mill-OLAF (l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi ta’ l-Unjoni Ewropea).
L-ewwelnett, għandu jiġi ċċarat illi l-OLAF għandha qafas ta’ ftehim ma’ l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-proċedura li tapplika fil-każ ta’ investigazzjonijiet mill-uffiċjali tagħha.
Meta l-OLAF tħoss illi l-investigazzjonijiet tagħha għandhom jintbagħtu għall-evalwazzjoni ulterjuri tal-awtoritajiet nazzjonali hija tibgħat ir-rapporti relattivi lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż membru.
Fil-każ ta’ Malta tali rapport jintbagħat lill-Avukat Ġenerali biex jevalwah skont il-proċedura nazzjonali.
Dwar l-aktar każ reċenti r-rapport għandu jasal għand l-Avukat Ġenerali llum wara nofsinhar.
L-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru mill-Avukat Ġenerali m’ humiex pubbliċi u l-Avukat Ġenerali fl-aħjar interess tal-ġustizzja ma jikkummentax dwar il-meritu ta’ investigazzjoni li tkun pendenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024