Left arrow Mur Lura

PROĠETT EKOLOĠIKU TAD-DJOCESI TA’ GĦAWDEX KO-FINANZJAT MILL-FOND TAL-GĦAQDIET MHUX GOVERNATTIVI

pr2286
Date Icon 19/10/2012

Id-Djocesi ta’ Għawdex ħadet aktar minn terz ta’ miljun ewro minn fondi tal-Unjoni Ewropeja sabiex tagħmel diversi proġetti ta’ panneli foto-voltajiċi.  Dan il-proġett qed jiġi ko-finanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvillup Reġjonali (FEZR) filwaqt li l-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja qed jgħin lid-Djoċesi ta’ Għawdex biex tikkofinanzja l-parti l-oħra tal-proġett.  Din l-għajnuna qed tingħata mill-fond ta’ ko-finanzjament li twaqqaf apposta biex jgħin diversi NGO’s jidħlu għal dawn it-tip ta’ proġetti.  Il-proġett huwa msejjaħ ‘Il-Kontribut tad-Djoċesi Għawdxija biex Għawdex jinbidel fi Gżira Ekoloġika’.

Id-dettalji dwar dan il-proġett li issa huwa lest ngħataw minn Dun Eddie Zammit, rappreżentant tad-Djoċesi ta’ Għawdex waqt żjara li l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja għamel fil-parroċċa ta’ Għajnsielem fejn żar parti minn dan il-proġett.

Il-proġett jinkludi ammont sostanzjali ta’ pannelli li twaħħlu fuq l-Uffiċċji Amministrattivi tal-Kurja ta’ Għawdex fir-Rabat, fuq iċ-Ċentru Pastorali Rgħaj it-Tajjeb f’ Taċ-Ċawla fir-Rabat ukoll, fuq iċ-Ċentri Parrokkjali tal-Munxar u ta’ Għajnsielem kif ukoll fuq il-bejt tal-Knisja Parrokkjali ta’ Għajnsielem.

Waqt din iż-żjara l-Ministru Said qal li dan il-proġett għandu jservi ta’ eżempju kif għaqdiet mhux Governattivi, Kunsilli Lokali  u l-parroċċi jistgħu jservu ta’ eżempju għar-residenti tagħhom billi juru l-benefiċċji li wieħed jieħu minn dan l-investiment.  L-ewwel benefiċċju huwa dak ambjentali għaliex proġetti ta’ dan it-tip jgħinu biex jitnaqqsu emissjonijiet fl-arja.  Infatti dan il-proġett huwa stmat li waħda ser jiffranka 65,300 kg ta’ emissjonijiet ta’ Co2 fl-arja fis-sena.  It-tieni riżultat ta’ dan l-investiment huwa li dan ser jiġġenera madwar 75,000 KwH ta’ enerġija fis-sena.  Dan iffisser li jitnaqqas b’mod konsiderevoli l-kont tal-enerġija u l-flus iffrankati jistgħu jintużaw f’ inizjattivi oħra għal ġid tal-membri tal-għaqdiet u r-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet.

Il-Ministru Said appella lil dawn l-għaqdiet li jiffurmaw parti mid-Djoċesi ta’ Għawdex biex jużaw dan il-proġett biex ikun ta’ eżempju billi kontinwament permezz ta’ diversi metodi juri lill-membri taghħom kemm qed jiġi ffrankat mill-kont u kemm qed jiġu ffrankati emissjonijiet fl-arja.  Dan diġa qed jagħmluh permezz ta’ websites li juru kuljum dak li qed jiġi ffankat.

Il-Ministru spjega wkoll l-iskop tal-fond ta’ ko-finanzjament u fisser kif dan kien suċċess għax għen numru kbir ta’ NGO’s biex jieħdu fondi tal-Unjoni Ewropeja.  Huwa spjega li dan kien ikun fermġ diffiċli għall-NGO’s li jiffinanzjaw il-parti tagħhom mill-fondi limitati li għandhom pero dan il-fond fl-aħħar tlett snin fetaħ beraħ il-bibien ta’ opportunitajiet għal dawn l-għaqdiet.

Il-Ministru Said faħħar l-impenn tad-Djocesi ta’ Għawdex li daħlet għal dan il-proġett li jinkwadra perfettament fil-viżjoni ta’ eko-Għawdex u ħeġġeġ lid-Djoċesi biex tidħol għal proġetti simili fil-futur ma’ parroċċi u ċentri oħra mifruxin fil-lokalitajiet kollha madwar Għawdex.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm Dun Eddie Zammit bħala rappreżentant tad-Djoċesi ta’ Għawdex, l-Arċipriet ta’ Għajnsielem l-Kan Frankie Bajada u l-Kappillan tal-Munxar Dun Michael Said.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow