MINN DIN IL-ĠIMGĦA 31,000 STUDENT U STUDENTA REĠGĦU BDEW JINGĦATAW KONTENITUR MIMLI FROTT JEW ĦAXIX FIL-ĠIMGĦA GĦAR-RABA’ SENA SKOLASTIKA KONSEKUTTIVA
Is-sena skolastika 2012/2013 hija r-raba’ sena konsekuttiva li fiha qed jitqassam kontenitur mimli frott jew ħaxix fil-ġimgħa lil 31,000 student u studenta li jattendu l-iskejjel primarji, tal-Gvern, tal-Knisja u skejjel privati.
Din l-iskema għandha ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea b’investiment fis-saħħa tal-ulied ta’ €350,000. Permezz ta’ din l-inizjattiva, t-tfal ta’ bejn it-3 snin u l-10 snin jiġu mħajra jieklu aktar frott u ħaxix biex b’hekk jikbru dejjem aktar b’saħħithom.
Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, illum żar waħda mill-139 skola li fihom ta’ kull ġimgħa jitqassmu 31,000 kontenitur ta’ frott jew ħaxix.
Barra l-konsum ta’ porzjon frott jew ħaxix fil-ġimgħa, it-tfal jiġu mħeġġa jieklu frott u ħaxix billi jiġu organizzati numru ta’ attivitajiet oħra bħal farm visits fejn it-tfal jaraw u jitgħallmu aktar kif jikber il-frott u l-ħaxix li jieklu. Din is-sena tfal ta’ Year 1 u 2 se jkunu qegħdin jingħataw ukoll lunch box bil-ħsieb li t-tfal jibdew jieħdu magħhom l-iskola din il-lunch box mimlija frott jew ħaxix matul il-ġimgħa kollha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024