91 SID TA’ NEGOZJU JIBDEW JEW JESPANDU L-OPERAT TAGĦHOM BL-GĦAJNUNA TAL-ISKEMA E-BUSINESS B’GĦAJNUNA TOTALI TA’ 3.6 MILJUN EWRO
Sit elettroniku li joffri informazzjoni aġġornata lill-investituri fil-qasam tas-servizzi finanzjarju ġie mniedi dalgħodu fil-Borża ta’ Malta minn żewġ imprendituri żgħażagħ fil-preżenza tal-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech. Dan l-investiment kien possibbli wkoll bl-għajnuna tal-kofinanzjament permezz tal-Fondi Ewropej għall-Industrija, permezz tal-E-Business Scheme, skema amministrata mill-Malta Enterprise, li permezz tagħha 91 sid ta’ negozju gawdew u qasmu bejniethom 3.6 miljun ewro.
F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Tonio Fenech spjega kif fl-aħħar 5 snin, grazzi għas-sħubija ta’ Malta fl-UE u fl-ewro, li fissret ankra importanti ta’ stabbilità għall-pajjiżna u r-riformi leġislattivi importanti li implimenta pajjiżna, is-settur tas-servizzi finanzjarji qed jiġu rikonoxxut fost l-aqwa fl-Ewropa, kif anke kkonfermat ftit tal-ġimgħat ilu f’rapport tal-Forum ekonomiku Dinji.
Il-Ministru spjega li l-kriżi finanzjarja fissret sfida ħafna akbar għalina – iżda kien għalhekk li l-politika tagħna baqgħat waħda li nattiraw il-kwalità– dan għenna biex nibqgħu nkabbru s-settur finanzjarju b’mod sostenibbli. Fl-aħħar tliet snin, ġew reġistrati mal-MFSA aktar minn 10,000 kumpanija, bl-indikazzjonijiet għal din is-sena huwa li se jerġa’ jinqabeż in-numru tas-sena li għaddiet, fejn ġew reġistrati kważi 3,500 kumpanija ġdida.
Is-servizz ta’ Black Digits huwa mmirat l-aktar għal kumpaniji ta’ investiment. F’Malta llum għandna 113-il kumpanija li toffri servizzi ta’ investiment – li 70% minnhom ġew reġistrati fl-aħħar 4 snin. Dan it-tkabbir fisser mijiet ta’ jobs tajbin – llum meta tqis is-settur kollu wiesa’ (jiġifieri anke min għandu xogħol li jipprovdi assistenza legali jew infrastrutturali lis-servizzi finanzjarji) – dawn qed joffru impjieg lil aktar minn 12,000 ruħ.
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024