Left arrow Mur Lura

STQARRIJA PARLAMENTARI TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI DWAR IR-RIŻENJA TAS-SUR JOHN DALLI MINN KUMMISSARJU

pr2270
Date Icon 16/10/2012

Illum wara nofsinhar kelli telefonata mingħand il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jose Manuel Barroso li matulha infurmani li kien għadu kemm aċċetta r-riżenja ta’ John Dalli mill-Kariga ta’ Kummissarju.

Il-President Barroso spjegali li din kienet deċiżjoni meħuda minn John Dalli fid-dawl ta’ rapport tal-OLAF li kien jirrigwarda investigazzjoni fuq aġir ta’ terzi persuni.

Sa issa jiena ma għandix kopja ta’ dan ir-rapport.

Il-President Barroso infurmani wkoll li dan ir-rapport issa se jgħaddi għand l-Avukat Ġenerali ta’ Malta biex hu jara jekk għandhomx jittieħdu xi passi kontra xi persuna partikolari.

F’telefonata oħra li kelli aktar tard, John Dalli qalli li hu se jikkontesta kull allegazzjoni magħmula fil-konfront tiegħu iżda ddeċieda li jirriżenja mill-kariga ta’ Kummissarju biex ikun jista’ jiddefendi aħjar lilu nnifsu u lill-istituzzjoni li kien sallum jifforma parti minnha.

Aktar tard illum għal ħabta tal-5.00pm, l-Uffiċċju tal President tal-Kummissjoni ippublika stqarrija li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra għall-informazzjoni ta’ kulħadd.

Il-Gvern issa jrid jipproċedi biex fi żmien raġjonevoli jinnomina persuna oħra minflok John Dalli ħalli tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju bl-istess portfolio li kien hemm sa issa.

pr2270a.doc

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow