Left arrow Go Back

CHARM SISTER: MUSICAL BIT-TĦEJJIJA GĦALL-ĠURNATA MISSJUNARJA

pr2257
Date Icon 15/10/2012

Bħala parti mit-tħejjijiet għall-Ġurnata Missjunarja ta’ din is-sena, nhar is-Sibt 20 ta’ Ottubru 2012, se jkun ippreżentat musical li jġib l-isem ta’ Charm Sister. 

Dan se jittella’ fit-teatru tar-Residenza San Vinċenz De Paul f’Ħal Luqa.  Se jsiru żewġ serati bl-ewwel waħda tkun fit-3:00pm u huma mistiedna speċjali r-residenti ta’ San Vinċenz De Paul u t-tieni waħda tkun fis-6:00pm. 

L-istorja oriġinali ta’ dan il-musical hija miktuba minn Claudia Cini, ispirata minn żewġ musicals popolari ferm, The Sound of Music u Sister Act. 

L-istorja tlaqqagħna ma’ soru Maltija li tintbagħat il-Paragwaj taħdem mat-tfal tat-triq.  Għalkemm fil-Paragwaj hemm ħafna faqar materjali hemm ukoll faqar soċjali. 

Din is-soru ma xtaqitx tmur, imma kellha tbaxxi rasha u tobdi lis-superjura tagħha.  Mal-wasla tagħha hemmhekk, tiltaqa’ mal-ewwel intopp: it-tfal tat-triq ma jriduhiex!  Taħbat se taqta’ qalbha, imma bil-paċenzja u bil-qawwa tat-talb jirnexxielha tasal fejn xtaqet. 

Dan il-musical huwa miktub bi kliem sempliċi li jifhmu kulħadd u l-kanzunetti huma kollha mexxejja u popolari li żgur iġiegħluk tkanta magħhom. 

Il-kast jikkonsisti f’40 tifel u tifla ta’ bejn il-5 snin u 16-il sena, kollha membri taċ-Children Helping Children Club. 

Għal aktar tagħrif u bookings, ċemplu l-Uffiċċju Missjunarju fuq 2123 6962.  Il-prezz tal-biljetti huwa ta’ €5 l-kbar u €1 t-tfal. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow