Left arrow Mur Lura

INRAWMU L-QASAM TAL-INTRAPRENDITORIJA FOST L-ISTUDENTI MALTIN U GĦAWDXIN

pr2253
Date Icon 15/10/2012

"Il-futur tal-intraprenditorija jitfassal fuq l-ideat, l-innovazzjoni u l-kreazzjoni tagħkom l-istudenti li se tkunu l-intraprendituri ta’ għada." Dan sostnih il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Zgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi meta kien qed jattendi għall-attivita organizzata mill-Uffiċju tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta flimkien mal-Young Enterprise, bhala parti mill-attivitajiet li jiċċelebraw il-ġimgħa ddedikata għan-negozji żgħar u medji.

Mal-75 student minn diversi skejjel tal-Form 1, ipparteċipaw għal din l-attivita  fejn apparti diversi workshops li fihom l-istudenti setgħu jiffokaw fuq is-settur tal-intraprenditorija, fejn kellhom l-opportunita li jitgħallmu u jaħdmu huma stess fuq kif tiftaħ negozju u kif tmexxih, kif tqassam l-flus u kif timplimenta pjan ta’ riklamar għall-kumpanija, l-istudenti kellhom ukoll l-opportunita li jisimgħu stejjer ta’ suċċess minn negozjanti Maltin li rnexxew fin-negozju tagħhom. L-għan tal-attivita li saret llum, kienet primarjament li tesponi lill-istudenti għad-dinja tal-intrapriża, sabiex jitrawwem fihom is-sens ta’ negozju.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li l-ideat u l-enerġija tal-istudenti huma l-muturi ekonomiċi ta’ pajjiżna ta’għada.  Huwa qal li l-Gvern jimpenja ruħu dejjem sabiex joffri l-aħjar għodda lill-istudenti li jixtiequ jkomplu jfasslu l-futur tagħhom f’dan is-settur. Il-Ministru rringrazzja lill- Young Enterprise għax-xoghol siewi li qed tagħmel, li aktar ma jmur aktar qed toħloq programmi u inċentivi ddedikati għal dan is-settur, fejn l-istudenti u ż-żgħażagħ ikollhom l-opportunita li jmissu b’idejhom esperjenzi ta’ suċċess li jitgħallmu minnhom u jgħinuhom sabiex huma stess joħorġu b’ideat innovativi u ġodda. Huwa qal li l-impenn tal-Young Enterprise jissarraf fl-iżvilupp tal-imprendituri ta’ ghada. Saħaq li llum Young Enterprise topera minn uffiċju f’Tas-Sliema, liema uffiċju inghata lilhom mill-Gvern preżenti sabiex b’hekk ikollhom post minn fejn jistgħu joperaw u jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom bl-aħjar mod possibli.Dan sar għaliex l-Gvern jemmen bis-sħiħ fl-importanza ta’ dawn l-organizazzjonijiet.

Il-Ministru Azzopardi qal li l-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ dan il-qasam fost l-istudenti u dan qed jaghmlu fost l-oħrajn permezz tal-iskema Entrepreneurship through Education li hija skema li giet mnedija fil- Budget tal- 2011, fejn gew allokati €100,000 għal kull sena  għad-dispożizzjoni tal-iskejjel Pubbliċi, Privati u tal-Knisja sabiex dawn joħolqu proġetti u inizjattivi dwar l-Intraprenditorija, fejn minnhom it-tfal jitgħallmu iżjed dwar id-dinja tan-negozju.    Din is-sena kien hemm 41 applikazzjoni li minnhom ġew approvati 29 proġett f’16-il kullegg . L-ammont totali ta fondi li ġew allokati ghal din is-sena huwa ta’ €77,108.76c. Permezz tal-iskema Entrepreneurship through Education il-Gvern qed iħares li jkompli jinvesti fil-qasam imprenditorjali, biex iżjed studenti u żgħażagħ jitgħallmu u jiksbu l-ħiliet neċessarji.. Konxju minn dan kollu, l-Gvern dejjem emmen fl-importanza tas-settur tal-edukazzjoni li hija ċ-ċavetta tal-iżvilupp ta’ kull bniedem u li tirrifletti numru kbir ta’ opportunitajiet kemm fid-dinja tax-xogħol kif ukoll ghal min ikompli l-istudji tiegħu.

Fl-aħħarnett il-Ministru Azzopardi saħaq li din l-attivita għandha sservi sabiex aktar studenti jitgħallmu dwar is-settur tan-negozju, li tant huwa mportanti għaliex huwa l-mutur  u s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow