STQARRIJA TAL- MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ
Dott Muscat jipprova jfixkel lill-Gvern billi jimpika mall-pazjenti
Il-Gvern f’dawn l-erba’ snin kompla żied u tejjeb is-servizzi tas-saħħa favur il-pazjenti u min ikollu bżonn kura medika. Il-Gvern ippoġġi l-interess tal-pazjent l-ewwel. Dott Muscat ippoġġi l-ewwel l-interess partiġġjan u l-pika politika. Bil-pika politika ta’ Dott Muscat, il-pazjenti ma jmorrux ‘il quddiem.
B’riżultat tal-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu Malti u Għawdxi u s-servizzi ta’ prevenzjoni u ta’ kura li qed jingħataw, illum il-Maltin qed jgħixu aktar fit-tul. Dan ifisser li s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni jkun hemm bżonn jiżdiedu. U hekk qed jagħmel dan il-Gvern.
Dal-għodu, Dott Muscat wera li ma jafx jagħmel id-differenza bejn sptar akut, bħalma huwa l-iSptar Mater Dei, u sptar ta rijabilitazzjoni. Mhux veru li St Philips se jkun użat bħala estensjoni tal-iSptar Mater Dei, għax fin-natura tagħha, il-kura li se tingħata hi ferm differenti. Dott Muscat mhux jifhem id-differenza bażika u ghalħekk ikompli jikkonferma kemm ma għandu l-ebda’ viżjoni fil-qasam tas-saħħa.
Dott Muscat għażel li ma jgħidx il-verità. Lanqas ma hu veru li l-Gvern żamm xi ħaġa mistura. Il-Gvern kien ta informazzjoni fil-Parlament f’ Ġunju 2010 wara li kienet ħarġet sejħa ta’ interess.
Il-Gvern mexa b’mod mill-aktar serju u kif diġa ddikjara l-proċess se jitpoġġa għal skrutinju tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. (http://gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2012/October/13/pr2250.aspx)
Dott Muscat qed jipprova jfixkel lill-Gvern billi jimpika mal-pazjenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024