Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL- MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMUNITÀ

pr2251
Date Icon 14/10/2012

Dott Muscat jipprova jfixkel lill-Gvern billi jimpika mall-pazjenti

Il-Gvern f’dawn l-erba’ snin kompla żied u tejjeb is-servizzi tas-saħħa favur il-pazjenti u min ikollu bżonn kura medika.  Il-Gvern ippoġġi l-interess tal-pazjent l-ewwel.  Dott Muscat ippoġġi l-ewwel l-interess partiġġjan u l-pika politika.  Bil-pika politika ta’ Dott Muscat, il-pazjenti ma jmorrux ‘il quddiem. 

B’riżultat tal-kwalità tal-ħajja li qed jgħix il-poplu Malti u Għawdxi u s-servizzi ta’ prevenzjoni u ta’ kura li qed jingħataw, illum il-Maltin qed jgħixu aktar fit-tul.  Dan ifisser li s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni jkun hemm bżonn jiżdiedu.  U hekk qed jagħmel dan il-Gvern.

Dal-għodu, Dott Muscat wera li ma jafx jagħmel id-differenza bejn sptar akut, bħalma huwa l-iSptar Mater Dei, u sptar ta rijabilitazzjoni. Mhux veru li St Philips se jkun użat bħala estensjoni tal-iSptar Mater Dei, għax fin-natura tagħha, il-kura li se tingħata hi ferm differenti.  Dott Muscat mhux jifhem id-differenza bażika u ghalħekk ikompli jikkonferma kemm ma għandu l-ebda’ viżjoni fil-qasam tas-saħħa.

Dott Muscat għażel li ma jgħidx il-verità.  Lanqas ma hu veru li l-Gvern żamm xi ħaġa mistura.  Il-Gvern kien ta informazzjoni fil-Parlament f’ Ġunju 2010 wara li kienet ħarġet sejħa ta’ interess.

Il-Gvern mexa b’mod mill-aktar serju u kif diġa ddikjara l-proċess se jitpoġġa għal skrutinju tal-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.  (http://gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2012/October/13/pr2250.aspx)

Dott Muscat qed jipprova jfixkel lill-Gvern billi jimpika mal-pazjenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow