JINBEDA X-XOGĦOL FUQ IL-PROĠETT GĦAT-TAFFIJA TAL-GĦARGĦAR
Pass ieħor fit-twettieq ta’ wegħda elettorali oħra.
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq il-Proġett Nazzjonali għat-taffija tal-għargħar.
Ix-xogħlijiet li nbdew jikkonsistu f’tħaffir ta’ mina taħt l-art twila 11-il km minn Ħ’Attard sa Ta’ Xbiex b’dijametru li jvarja minn 3.3 metri sa 6 metri. Il-proġett kollu se jkun qed jara l-iżillupp ta’ 17-il km ta’ mini taħt l-art li jinkludu wkoll mina ta’ 2.2km f’Ħaż-Żebbuġ u mina ta’ 3.2km li tgħaddi minn Ħaż-Żabbar sa Marsaskala. Apparti l-iżvillupp ta’ mini fil-fond taħt l-art l-iżvillup innifsu jinkludi wkoll titjib fil-kanali, pontijiet u culverts jew infrastruttura oħra.
Dan l-akbar proġett li qatt sar f’pajjiżna biex jgħin fit-taffija tal-għargħar se jgħin lir-residenti u lil min jgħaddi minn 11-il lokalità li huma: Birkirkara, l-Imsida, Ħal Balzan, Ħ’Attard, Iklin, il-Gżira, Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa.
Bl-ilma tax-xita li se jinżel fil-mini, dan il-proġett għandu l-potenzjal li jiġbor u jirreċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita kull sena. B’hekk jekk wieħed iqis li l-ġibjuni tal-Gvern fil-preżent għandhom kapaċità li jżommu mat-300,000 metru kubu ta’ ilma, b’dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar ser tkun ittrripplata l-ħażna tal-ilma tax-xita. fil-Gżira wkoll bħala parti minn dan il-proġett qed tinbena riżerva ta’ madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma li jkunu ġejjin minn Wied Għollieqa u li fih ukoll jista’ jintefa aktar ilma mill-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar. Dan għaliex din ir-riżerva tal-Gzira għandha sservi biex l-ilma minn hemm, jiskula fil-water table.
Dan il-proġett qed isir b’investiment qawwi ta’ €56 miljun. Il-kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea hu ta’ 85% taħt il-programm “Cohesion Fund”. Il-proġett jinkludi wkoll numru ta’ culverts u bdil ta’ bridges li ser jsiru f’Ħal Qormi. Fejn il-pont l-antik ta’ ħdejn il-korsa tal-golf ser isiru żewġ culverts oħra filwaqt li taħt Triq Aldo Moro ser isiru erba’ culverts.
Il-Ministru Pullicino rringrazzja mas-70 ħaddiem li bdew il-ħidma tagħhom fuq dan il-proġett. Huwa saħaq li l-Gvern kif kien wiegħed qed iwettaq bil-fatti dan il-proġett li se jkun ta’ fejda għal poplu kollu filwaq li dawn il-proġetti qed joħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol.
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024