JIĠI DEPOŻITAT L-ISTRUMENT TA’ RATIFKAZZJONI TAL-KONVENZJONI TAN-NAZZJONIJIET UNITI TAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABBILTA’
Nhar l-10 ta’ Ottubru 2012 gie depożitat l-istrument ta’ ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilta’. Dan huwa l-aħħar pass wara proċess twil li bih Malta se tkun qed tirratifika din il-Konvenzjoni. Fil-ġranet li ġejjin in-Nazzjonijiet Uniti se tkun qed tikkonferma d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-istess Konvenzjoni.
Il-mixja lejn dan il-pass importanti tixhed l-impenn qawwi tal-Gvern għal titjib kontinwu tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità. Kienet dejjem mira important li l-persuni b’diżabilità jinghataw l-għodda li hemm bżonn biex jilħqu l-milja tagħhom waqt li jkunu parteċipi fl-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Gvern huwa impenjat li jkompli joħloq opportunitajiet ghal dawn il-persuni ghaliex jemmen li għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà tagħna.
Il-UNCRPD, li kienet l-ewwel Konvenzjoni ta’ dan il-millennju, tirrappreżenta żvilupp fundamentali għall-mod kif in-Nazzjonijiet Uniti thares lejn persuni b’dizabbilta’ – persuni li ghandhom drittijiet ugwali u mhux persuni li jehtiegu trattament differenti biex itejbu l-opportunitajiet taghhom. Ta’ min jgħid li l-abbozz tal-Konvenzjoni nkiteb bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilità, l—organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità u msiehba oħra f’dan is-settur.
Filwaqt li l-UNCRPD ma toħloqx drittijiet ġodda għall-persuni b’diżabilità, tipprovdi lill-istati membri prinċipji prattiċi li għandhom l-iskop li jiggarantixxu aċċess ugwali għal persuni b’diżabilità, u b’dan il-mod isaħħu t-tgawdija tad-drittijiet umani tagħhom. F’dan is-sens, il-UNCRPD tiddefinixxi mill-ġdid id-diżabilità, minn problema individwali għal sitwazzjoni li hija maħluqa min-nuqqas tas-soċjetà li tipprovdi lill-persuni b’diżabilità b’mezzi biex ikollhom aċċess għad-drittijiet umani tagħhom. Fil-fatt il-UNCRPD tinkludi artikli li jittrattaw diversi oqsma tal-ħajja fejn il-persuni b’diżabilità jistgħu jiġu esklużi jew diskriminati.
Din ir-ratifikazzjoni se tkun qed tikkonsolida d-drittijiet li diġà jeżistu għall-persuni b’diżabilità Maltin, bħalma hi l-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap 413/2000). Wara li Malta kienet mal-ewwel grupp ta’ pajjizi li ffirmaw il-Konvenzjonifl-2007, twaqqaf Kumitat Inter Ministerjali b’rapprezentanza tal-KNPD u l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet Persuni b'Dizabilita', li ghamel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu. Dawn kienu jinkludu fost ohrajn emendi mehtiega fil-ligijiet. Ir-rapport tal-Kumitat kien iffinalizzat fl-2010 u l-emendi legislattivi ingabru fid-Disability Matters (Amendment) Act li ghadda mill-Parlament f'Marzu li ghadda.
Fi stqarrijia separata l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD), li din is-sena qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif taghha, laqghet b’sodisfazzjon dan il-pass waqt li thares ‘il quddiem ghal implimentazzjoni effettiva ta’ din il-Konvenzjoni.Stqarret li dan huwa mument li għandu jimlina b’sodisfazzjon għaliex jimmarka vjaġġ importanti u bidla pożittiva fil-kultura u l-mentalità Maltija fejn jidħlu l-persuni b’diżabilità
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024