Left arrow Go Back

JIĠI DEPOŻITAT L-ISTRUMENT TA’ RATIFKAZZJONI TAL-KONVENZJONI TAN-NAZZJONIJIET UNITI TAD-DRITTIJIET TAL-PERSUNI B’DIŻABBILTA’

pr2241
Date Icon 12/10/2012

Nhar l-10 ta’ Ottubru 2012 gie depożitat l-istrument ta’ ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilta’. Dan huwa l-aħħar pass wara proċess twil li bih Malta se tkun qed tirratifika din il-Konvenzjoni. Fil-ġranet li ġejjin in-Nazzjonijiet Uniti se tkun qed tikkonferma d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-istess Konvenzjoni.

Il-mixja lejn dan il-pass importanti tixhed l-impenn qawwi tal-Gvern għal titjib kontinwu tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità. Kienet dejjem mira important li l-persuni b’diżabilità jinghataw l-għodda li hemm bżonn biex jilħqu l-milja tagħhom waqt li jkunu parteċipi fl-iżvilupp tal-pajjiż. Il-Gvern huwa impenjat li jkompli joħloq opportunitajiet ghal dawn il-persuni ghaliex jemmen li għandhom ħafna x’joffru lis-soċjetà tagħna.

Il-UNCRPD, li kienet l-ewwel Konvenzjoni ta’ dan il-millennju, tirrappreżenta żvilupp fundamentali għall-mod kif in-Nazzjonijiet Uniti thares lejn persuni b’dizabbilta’ – persuni li ghandhom drittijiet ugwali u mhux persuni li jehtiegu trattament differenti biex itejbu l-opportunitajiet taghhom. Ta’ min jgħid li l-abbozz tal-Konvenzjoni nkiteb bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-persuni b’diżabilità, l—organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabilità u msiehba oħra f’dan is-settur.

Filwaqt li l-UNCRPD ma toħloqx drittijiet ġodda għall-persuni b’diżabilità, tipprovdi lill-istati membri prinċipji prattiċi li għandhom l-iskop li jiggarantixxu aċċess ugwali għal persuni b’diżabilità, u b’dan il-mod isaħħu t-tgawdija tad-drittijiet umani tagħhom. F’dan is-sens, il-UNCRPD tiddefinixxi mill-ġdid id-diżabilità, minn problema individwali għal sitwazzjoni li hija maħluqa min-nuqqas tas-soċjetà li tipprovdi lill-persuni b’diżabilità b’mezzi biex ikollhom aċċess għad-drittijiet umani tagħhom. Fil-fatt il-UNCRPD tinkludi artikli li jittrattaw diversi oqsma tal-ħajja fejn il-persuni b’diżabilità jistgħu jiġu esklużi jew diskriminati.

Din ir-ratifikazzjoni se tkun qed tikkonsolida d-drittijiet li diġà jeżistu għall-persuni b’diżabilità Maltin, bħalma hi l-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap 413/2000).  Wara li Malta kienet mal-ewwel grupp ta’ pajjizi li ffirmaw il-Konvenzjonifl-2007, twaqqaf Kumitat Inter Ministerjali b’rapprezentanza tal-KNPD u l-Federazzjoni tal-Ghaqdiet Persuni b'Dizabilita', li ghamel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu. Dawn kienu jinkludu fost ohrajn emendi mehtiega fil-ligijiet. Ir-rapport tal-Kumitat kien iffinalizzat fl-2010 u l-emendi legislattivi ingabru fid-Disability Matters (Amendment) Act li ghadda mill-Parlament f'Marzu li ghadda.

Fi stqarrijia separata l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD), li din is-sena qed tfakkar il-25 anniversarju mit-twaqqif taghha, laqghet b’sodisfazzjon dan il-pass waqt li thares ‘il quddiem ghal implimentazzjoni effettiva ta’ din il-Konvenzjoni.Stqarret li dan huwa mument li għandu jimlina b’sodisfazzjon għaliex jimmarka vjaġġ importanti u bidla pożittiva fil-kultura u l-mentalità Maltija fejn jidħlu l-persuni b’diżabilità

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow