TISLIMA LILL-POETA NAZZJONALI
Ottubru huwa marbut mat-twelid u l-mewt tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm li twieled f’Ħaż-Żebbuġ nhar it-18 ta’ Ottubru 1871 u miet San Ġiljan nhar it-13 ta’ Ottubru 1961.
Għaxar snin ilu, sewwasew fit-22 ta’ Ottubru tal-2002, il-Gvern Malti inawgura l-mafkar tiegħu fil-Furjana – xogħol l-iskultur Toni Ellul.
Minn dakinhar ’l hawn matul ix-xahar ta’ Ottubru, il-Kumitat Festi Nazzjonali baqa’ jfakkar lill-Poeta Nazzjonali b’attivitajiet apposta. Din is-sena, flimkien mad-Dipartiment tal-Kurrikulu u t-Tagħlim Elettroniku fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, se tittella’ għodwa ta’ tifkira nhar il-Ħamis 18 ta’ Ottubru. Se jipparteċipaw diversi studenti, għalliema, uffiċjali edukattivi u persuni distinti oħra. L-għodwa tibda b’korteo mill-iskola Primarja tal-Furjana fid-9.30 ta’ filgħodu. Il-korteo jimxi sal-monument tal-Poeta Nazzjonali li jinsab quddiem il-Monument tal-Gwerra fi Triq Sant’Anna, fejn hemmhekk għal ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu jkun hemm ċerimonja li tinkludi qari ta’ poeżiji, diskors uffiċjali u tqegħid ta’ fjuri mal-istess monument. Ikun hemm ukoll interventi mill-kantanta Doreen Galea li se tinterpreta poeżiji tal-istess poeta b’arranġamenti mużikali apposta li saru minn Mro Domenic Galea.
Dawk l-għaqdiet, organizzazzjonijiet, entitajiet u individwi oħra li jixtieq jattendu u jieħdu sehem f’din it-tifkira huma ġentilment mitluba jibagħtu ittra elettronika lil anton.miceli@maltaculture.com
Stqarrijiet Oħra:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024