Left arrow Go Back

TEATRU TAL-OPERAZZJONIJIET DEDIKAT GĦAD-DIPARTIMENT TAL-EMERĠENZA

pr2231
Date Icon 11/10/2012

Ikomplu jiżdiedu in-numru ta operazzjonijiet li jisru fl-iSptar Mater Dei

Id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-iSptar Mater Dei issa għandu teatru għall-operazzjonijiet kompletament dedikat għall-proċeduri ta emerġenza.  Dan ħabbru il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar ukoll li in-numru rekord ta operazzjonijiet li jisru f’dan l-iSptar qed ikomplu jiżdied.

Il-Ministru Cassar qal li l-politika tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa hi waħda ċara – dik li l-pazjent jiġi offrut servizz tas-saħħa ta kwalita tajba.  Il-Ministru qal li huwa għalhekk li l-isptar kontinwament jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-passat, u b’hekk jissaħħu s-servizzi li jiġu offruti.  Filwaqt li rringrazzja lill professjonisti u l-ħaddiem li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Emerġenza, Dr Cassar qal li dawn il-professjonisti li jiltaqgħu mall-pazjent, u ma qrabatu, f’mumenti fejn l-emozzjoni tirbaħ.  Il-ħidma f’dan id-dipartiment tirrikjedi ħafna dedikazzjoni u paċenzja u huwa xogħol li jixhed il-vokazzjoni fil-professjoni.

Id-Dipartiment tal-Emerġenza jaħdem purament fuq bażi ta priorita skont il-każ.  Il-Ministriu qal li l-immedjatezza hi importanti għall-pazjent u fil-fatt il-pazjenti li jkunu ġenwinament ta emerġenza jiddaħħlu minnufiħ għall-kura.  Filwaqt li l-isptar minn dejjem kellu sistema li permezz tagħha ikun hemm aċċess għall-teatru tal-operazzjonijiet b’mod immedjat f’każ ta bżonn, il-fatt li issa hemm teatru li se jkun għad-dispożizzjoni tad-dipartiment tal-emerġenza, se joħlow sistema aktar prattika u garanzija li l-operazzjonijiet ippjanati ma jiġux affettwati. 

Dr David Cassar, Medical Director tal-iSptar Mater Dei qal li għal darb’oħra ġiet reġistrata żieda fin-numru ta operazzjonjiet li qed isiru fl-iSptar.  Bejn Jannar u Awwissu ta din is-sena saru total ta 30,500 operazzjoni differenti li huwa żieda ta, 1,580 operazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena li għaddiet. 

Din iż-żieda tkompli tibni fuq dak li kien miksub fis-snin ta qabel.  Matul it tnax-il xahar tas-sena li għaddiet kienu saru total ta’ 43,747 operazzjoni li kienet żieda ta 1,952 operazzjoni fuq is-sena ta’ qabel u żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar l-antik San Luqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow