Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr2229
Date Icon 11/10/2012

L-Opportuniżmu tal-Malta Labour Party …. timpika mal-pazjenti

L-Oppożizzjoni Laburista llum reġgħet ħadet pożizzjoni oħra kontra l-pazjenti li jkollhom bżonn servizz ta’ rijabilitazzjoni.

L-opportuniżmu tal-Oppożizzjoni li tipprova tieħu vantaġġ minn kull sitwazzjoni m’għandux limitu.  Il-Malta Labour Party qatt ma ħareġ b’idea waħda dwar is-saħħa.  Jipprova jiskredita kull ma jsir u jmaqdar lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.

L-MLP issa nqabad f’morsa u f’sitwazzjoni ambigwa hekk kif Dott Muscat ftit jiem ilu iddikjara li, fis-settur tas-saħħa, il-ftehim mal-privat hu essenzjali – xi ħaġa li dan il-Gvern ilu jagħmel snin u llum l-Oppożizzjoni mmexxija minn Dott Muscat qed teħodha kontra ftehim mal-privat biex jiżdiedu 110 sodod għall-pazjenti li jkollhom bżonn servizzi ta’ rijabilitazzjoni. 

Bid-diskors tagħha Marie Louise Coleiro Preca qed turi għal darboħra li l-Oppożizzjoni ma fehmitx id-differenza bejn sptar ta rijabilitazzjoni u dak akut. 

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa mhix ċara dwar dak li tixtieq tgħid - f’mument tgħid li hemm bżonn ta aktar sodod għar rijabilitazzjoni u f’mument ieħor tagħmel eżatt l-oppost.  F’mument minnhom jgħidu li jaqblu mal-ftehim mal-privat u f’mumenti oħra joħorġu kontra.  Dan jindika l-opportuniżmu u logħob għall-gallarija tal-Oppożizzjoni.

Il-Ministeru jirringazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u jserraħ ras il-pazjenti li kull deċiżjoni li tittieħed dejjem tittieħed fl-interess tal-pazjent.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow