STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-Opportuniżmu tal-Malta Labour Party …. timpika mal-pazjenti
L-Oppożizzjoni Laburista llum reġgħet ħadet pożizzjoni oħra kontra l-pazjenti li jkollhom bżonn servizz ta’ rijabilitazzjoni.
L-opportuniżmu tal-Oppożizzjoni li tipprova tieħu vantaġġ minn kull sitwazzjoni m’għandux limitu. Il-Malta Labour Party qatt ma ħareġ b’idea waħda dwar is-saħħa. Jipprova jiskredita kull ma jsir u jmaqdar lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.
L-MLP issa nqabad f’morsa u f’sitwazzjoni ambigwa hekk kif Dott Muscat ftit jiem ilu iddikjara li, fis-settur tas-saħħa, il-ftehim mal-privat hu essenzjali – xi ħaġa li dan il-Gvern ilu jagħmel snin u llum l-Oppożizzjoni mmexxija minn Dott Muscat qed teħodha kontra ftehim mal-privat biex jiżdiedu 110 sodod għall-pazjenti li jkollhom bżonn servizzi ta’ rijabilitazzjoni.
Bid-diskors tagħha Marie Louise Coleiro Preca qed turi għal darboħra li l-Oppożizzjoni ma fehmitx id-differenza bejn sptar ta rijabilitazzjoni u dak akut.
Il-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar is-saħħa mhix ċara dwar dak li tixtieq tgħid - f’mument tgħid li hemm bżonn ta aktar sodod għar rijabilitazzjoni u f’mument ieħor tagħmel eżatt l-oppost. F’mument minnhom jgħidu li jaqblu mal-ftehim mal-privat u f’mumenti oħra joħorġu kontra. Dan jindika l-opportuniżmu u logħob għall-gallarija tal-Oppożizzjoni.
Il-Ministeru jirringazzja lill-ħaddiema kollha fil-qasam tas-saħħa u jserraħ ras il-pazjenti li kull deċiżjoni li tittieħed dejjem tittieħed fl-interess tal-pazjent.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024