Left arrow Go Back

MALTA EŻEMPJU GĦALL-PAJJIŻI EWROPEJ FIL-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA

pr2227
Date Icon 10/10/2012

Imnedija l-Catch the drop campaigngħas-sena skolastika 2012/2013

Malta hi kkunsidrata mill-KummissjoniEwropea bħala pajjiż li jinsab minn ta’ quddiem fl-Ewropa fil-konservazzjonital-ilma tant li pajjiżna qed jitqies bħala eżempju għall-pajjżi l-oħra. Danintqal waqt il-Water Framework Directive Working Group li qed jitlaqqa fiBrussel. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino qaldan waqt li llum nieda l-kampanja edukattiva Catch the Drop għas-senaskolastika 2012/2013.

Waqt l-attività ta’ dalgħodu li saretfl-iskola msebbħa u rinovata tas-Siġġiewi, studenti ta’ din l-iskola esebewnumru ta’ tpinġijiet u tellgħu numru t’attivitajiet fuq it-tematal-konservazzjoni tal-ilma. Atrazzjonijiet prinċipali ta’ din il-kampanja hil-‘Moving Drop’ li hu kontenitur kbir f’għamla ta’ qatra li timxi minnskola għall-oħra. Waqt li ‘l-Moving Drop’ tkun fl-iskola, isiruattivitajiet relatati mal-importanza u l-konservazzjoni tal-ilma filwaqt lit-tfal jitfgħu messaġġi relatati mat-tema f’dan il-kontenitur. Il-messaġġitas-sena l-oħra flimkien ma’ xi poeżiji miktuba mit-tfal u tpinġijiet, inġabru fi ktejjeb li tqassam lill-iskejjel kollha. Din is-sena l-Moving Drop se timxi ma’ 25 skola lihuma fuq ir-rotta tal-Akwedott tal-Fawwara li jibda mis-Siġġiewi u jibqa sejjersal-inħawi tal-Kottonera.

Il-Gvern qed jaħdem permezz ta’ numruta’ inizjattivi biex l-ilma jibqa’ jkun riżorsa sostenibbli. It-tfal f’dinil-kampnja ta’ konservazzjoni tal-ilma għandhom rwol importanti għax b’azzjonizgħira minn naħa tagħhom iservu ta’ eżempju għal kulħadd.

Il-Ministru Pullicino qal li dinil-kampanja fl-iskejjel hi parti mill-iżvilupp fil-qasam edukattiv fejn appartil-formazzjoni akkademika, l-istudenti qed jingħataw għarfien akbar. Dan qedisir bi programmi bħal ma huma l-Catch the Drop u eko skola fejn l-istudentijingħataw għarfien dwar temi ambjentali u ekoloġiċi.

L-ambjent ta’ skejjel modernib’investiment qawwi ta’ €6,000 fis-sena fuq l-edukazzjoni ta’ kull tifel utifla qed iwassal ukoll biex ulied jingħataw dak li verament jixirqilhomfilwaqt li minn naħa tagħhom it-tfal qed ikunu huma stess aktar attivi u front runners favur temi bħal ma humal-ambjent sostenibbli, l-immaniġjar tal-iskart u l-konservazzjoni tal-ilma fostl-oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

More Press Releases Right arrow