Left arrow Mur Lura

ĦATRIET TA’ IMĦALLEF U MAĠISTRAT

pr2226
Date Icon 10/10/2012

Il-Kabinett tal-Ministri approva n-nomina tal-Avukat Dr. Lorraine Schembri Orland bħala Imħallef fil-Qrati ta’ Malta.

Dr. Lorraine Schembri Orland twieldet nhar il-21 ta’ Ġunju 1959 f’Tas-Sliema.  Hija ggradwat bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-1981 minn fejn eventwalment iggradwat ukoll b’Maġister Juris fil-Liġi Ewropea, u b’Diploma fil-Liġi Kanonika u Ġurisprudenza.

Dr. Schembri Orland kienet involuta f’riformi leġislattivi fil-kostituzzjoni ta’ Malta, u kienet ukoll Membru f’Kumitat Konsultattiv tal-Kabinett dwar riformi fil-liġi ċivili.

Dr. Schembri Orland ħadmet ħafna fil-qasam tal-leġislazzjoni kontra l-vjolenza domestika, u fil-prattika tagħha speċjalizzat fil-liġi taż-żwieġ u tal-familja. Hija kienet l-ewwel mara eletta bħala Membru fil Kumitat tal-Kamra tal-Avukati u fil-kors tal-ħajja professjonali tagħha ħadmet ukoll fil-qasam tal-volontarjat, bħala President tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nisa, Membru tal-Bord  Nazzjonali Konsultattiv dwar il-Bioetika, u membru tal-Bord imwaqqaf mill-Caritas (Malta) biex imexxi iċ-Ċentru Riabliltattiv ta' San Blas.

Dr. Schembri Orland hija miżżewġa lil George u għandhom tifel, Kevin

Il-Kabinett tal-Ministri approva wkoll in-nomina ta’ Dr. Natasha Galea Sciberras bħala Maġistrat fil-Qrati ta’ Malta.

Dr. Natasha Galea Sciberras twieldet nhar is-6 t’Ottubru 1976. Hija ggradwat bħala Avukat mill-Università ta’ Malta fl-2003 u ħadmet prinċipalment fil-qasam tal-liġi tal-familja u ċivili, filwaqt li kienet ukoll il-konsulenta legali tal-Aġenzija Appoġġ.

Fost l-oħrajn, Dr. Galea Sciberras serviet ukoll bħala segretarja tal-bord u konsulenta legali għal Transport Malta, u chairperson tal-Bord tal-Adozzjoni.

Hija miżżewġa lill-Avukat Dr. Vincent Galea u għandhom ħamest itfal

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, l-Onor. Chris Said jifraħ lil Dr. Lorraine Schembri Orland u Dr. Natasha Galea Sciberras għall-ħatriet tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  Six kilometres of new cables to continue reinforcing Birkirkara’s electricity network

PR262024en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR  Sitt kilometri ta’ cables ġodda biex ikompli jissaħħaħ in-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku f’Birkirkara

PR262024

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-P...

Aktar Stqarrijiet Right arrow