STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru jiskanta kif l-Onor Brincat qed isaqsi biex il-Gvern jgħid x’inhuma l-pjani tiegħu meta l-Pjan hu publiku u mgħoti lill-Unjoni Ewropea. Mhux hekk biss iżda għal-mistoqsija parlamentari tiegħu stess fis-sena 2011 fejn staqsa l-Gvern jgħid x’inhuma l-pjani ingħata l-informazzjoni.
Issa sena wara l-Onor Brincat għadu qed jagħmel l-istess mistoqsija b’turija li l-interess tiegħu m’huwiex fi-pjani tal-Gvern għal-ġid tal-poplu iżda biex mingħaliħ jitfa’ t-tgħajn u jiprova jqarraq.
Il-Gvern miexi bil-pjan kif maqbul mal-Unjoni Ewropea fuq kif pajjiżna sas-sena 2020, 10% tal-eneġija kkunsmata f’Malta trid tkun ġejja minn sorsi nodfa. Tant kemm pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba li kif diġa ntqal is-sub target tal-panelli fotovoltajiċi għas-sena 2012 se jkun inqabeż bl-investiment qawwi li sar u bl-għajnuna ta diversi skemi imnehdija mill-Gvern.
Fir-rigward tat-turbina li se ssir fuq is-Sikka l-Bajda, kif diġa ntqal din hija ntiża biss għall-istudju aktar dettaljat fuq l-impatt fuq l-għasafar. Il-Gvern applika mal-PPCD biex jinkisbu fondi ewropej għal dan l-istudju. Bil-mod kif qed jikteb l-Onor Brincat qed jagħti l-impressjoni li, li kien għaliħ ma jsirux studju ambjentali profondi bħal ma qed issir għal proġett ta’ dan il-kobor. Ghal-Onor Brincat jidher li hu mportanti biss il-public perception kif kien qal fuq programm televiżiv dwar il-windfarms f’Malta.
Dott Muscat u l-Onor Brincat jimxu b’politika li jitkelmu fl-ajru biex jipruvaw jirbħu punti bl-irħis u jintgħoġbu ma kulħadd. Is-serjeta’ titlob mod ieħor. Iż-żmien li dak li jiddeċiedi l-Gvern isir bil-forza kif kien isir fi żmien meta l-Onor Brincat kien fil-Kabinet fis-snin tmenin taħt Gvern Laburista spiċċa.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024