STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jirreferi għall-istqarrija tal-FAA dwar il-petizzjoni li qed tiċċirkola l-istess għaqda. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ikkomunika mas-Sinjura Astrid Vella li l-petizzjonijiet qed jaslu kollha mill-istess indirizz mail@change.org, billi huma aċċessibbli minn fuq website. Għalhekk, kull min jibgħat il-petizzjoni, sfortunatament, ma jistax jirċievi risposta mingħand il-Prim Ministru.
Il-Gvern qed isaħħaħ il-wirt naturali ta’ pajjiżna. Permezz tal-kampanja 34U, diġà tħawwlu 115,000 siġra f’pajjiżna. Żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha, inkluż erba’ estensjonijiet tal-park nazzjonali f’Ta’ Qali, estensjoni tal-park tas-Salini u park fi Xrobb l-Għaġin, Marsaskala. Ġew imħawwla aktar minn 93,500 siġar, arbuxelli u pjanti f’Għawdex, inkluż proġett ta’ afforestazzjoni u l-proġett ta’ Villa Rundle.
Il-politika tal-Gvern hi li meta jsir proġett ġdid, fejn hu possibbli s-siġar jiġu integrati fil-proġett innifsu. Fejn dan ma jkunx possibbli, is-siġar jinqalgħu u jitħawlu f’post ieħor jew jitħawlu ammont ta’ siġar sostanzjalment akbar biex jagħmlu tajjeb għas-siġra li tkun tneħħiet.
Other Press Releases:
PR262024en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...
PR262024