IL-GVERN KOMMESS LI JKOMPLI JSAĦĦAĦ U JIFTAĦ IS-SISTEMA TAL-ISTIPENDJI
Il-Gvern hu kommess li s-sistema tal-istipendji mhux biss iżommha imma jkompli isaħħaħa u jiftaħha biex aktar studenti jibbenefikaw minnha. Fis-sena akkademika li tiftaħ nhar it-Tnejn, madwar 18,800 student se jkunu qed jirċievu l-istipendju.
Din l-assikurazzjoni sostnietha l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina meta dal-għodu ltaqgħet ma’ studenti li se jidħlu fl-Iskola Sekondarja Giovanni Curmi waqt li kienu qed jagħmlu s-Smart Card tagħhom li hi parti mill-Għotja ta’ Manteniment tagħhom.
Il-Ministru Cristina fakkret li l-Gvern jivvota madwar €23 miljun fis-sena fuq l-istipendji. Fil-fatt, student li jagħmel kors ta’ sentejn fil-livell Post Sekondarju jieħu €1300 fi stipendju. Min-naħa l-oħra, student li jagħmel kors ġenerali ta’ tliet snin fl-Universita’ jieħu €4,380 fi stipendju u jekk qed jagħmel kors preskritt ta’ tliet snin jieħu €7,200 fi stipendju.
Il-Ministru fakkret li fl-1997, in-numru ta’ studenti jieħdu stipendju kien ta’ 8,000 u l-Gvern Laburista ta’ dakinhar kien ghamel skema ta’ dejn għall-istudenti mal-banek, minflok stipendju kollu. Il-lum għandna aktar minn 18,800 student jieħdu stipendju li hu kollu kemm hu GĦOTJA u l-istudenti ma’ jridu jroddu xejn lura.
Studenti fl-MCAST li qed ikomplu bit-Top Up Degree, jieħdu l-istess stipendju daqs studenti fl-Universita’.
Hemm madwar 1,600 student li jikkwalifikaw biex jieħdu l-Għotja Supplimentari fejn allura ikunu megħjuna aktar minn studenti oħra minħabba ċ-ċirkostanzi tal-familja tagħhom.
Kull student li jidħol ġdid fil-livell Post Sekondarju, jiġifieri fil-Junior College, l-MCAST, l-ITS, il-Higher Secondary ta’ Malta jew ta’ Għawdex, is-Sixth Forms tal-Knisja jew Indipendenti, ikun irid jagħmel is-Smart Card. Dan il-proċess isir għand il-kuntrattur tas-sistema – Apco Ltd. u l-istudent jingħata l-card dak il-ħin stess, lesta biex tkun użata.
Ta’ min jgħid li meta daħlet is-sistema tal-card fis-sena 2000, kien hawn 50 ħanut li jaċċettawha. Il-lum dan in-numru żdied għal 550.
Matul iż-żjara tagħha għand Apco Limited, il-Ministru tkellmet mal-istudenti li kienu qed jagħmlu l-card tagħhom. Hi kienet milqugħa mid-Diretturi tal-kumpanija, Ian u Robert Pellicano li spjegawlha kif jaħdem il-proċess kollu.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021