FESTA TAL-LAMPUKI
Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Settembru, fil-Bajja ta’ Spinola, San Ġiljan, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Ruraliser jorganizza l-Festival tal-Lampuki flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, is-sajjieda tal-lokal u entitatijiet oħra midħla fis-settur tas-sajd. Fi żmien meta l-istaġun tal-lampuki huwa fl-aqwa tiegħu, wieħed se jkun jista’ japprezza din is-sengħa tas-sajd li hija waħda antika u tradizzjonali li sal-lum il-ġurnata baqgħet b’saħħitha u tifforma parti importanti mis-settur tas-sajd Malti.
Mill-5pm, il-pubbliku se jsib jixtri kemm lampuki friski kif ukoll platti bnini u appetitużi tal-lampuki imsajrin f’diversi metodi u b’riċetti varjati. Il-pubbliku se jkollu l-okkażjoni jinforma u jeduka ruħu fuq is-sengħa ferm antika u tradizzjonali tas-sajd tal-lampuki minn sajjieda u professjonijisti u uffiċjali tal-Ministeru. Min jixtieq idur dawra mal-bajja pittoreska ta’ Spinola se jkun jista’ jagħmel dan fuq dgħajsa Maltija. Wieħed għandu jsib ukoll wirjiet ta’ apparat relatat mas-sengħa u dgħajjes tas-sajd, kif ukoll wirja estensiva ta’ artiġġjanat u arti Maltija.
Biex jikkumplimenta dan kollu, fl-isfond se jkun hemm programm kontinwu ta’ divertiment spettakolari bil-parteċipazzjoni ta’ diversi artisti stabbiliti Maltin bħal George Curmi (Il-Pusè), Il-Hooligan, Fabrizio Faniello, Christabelle, it-tim ta’ Deja` Vu, marċi u iktar. Għal iktar dettalji u informazzjoni persuna tista’ żżur il-website www.mrra.gov.mt, tibgħat email fuq naturalmentmalti.mrra@gov.mt, tidħol fil-paġna tal-facebook NaturalmentMalti, jew iċċempel fuq 22924110/4130.
Other Press Releases:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021
PR 2103.jpg