STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ONOR. EVARIST BARTOLO U L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA
L-Oppożizzjoni tasal għal konklużjonijiet żbaljati
Ir-rapport li kien ħareġ l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta f’Mejju ta’ din is-sena dwar l-uniformijiet tal-Iskejjel, ġie studjat sew mill-Ministeru tal-Edukazzjoni. Ir-rapport jgħid li jista’ jkun li l-iskejjel ikollhom uniformijiet sempliċi imma l-istess waqt jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm raġunijiet oħra għaliex l-uniformi ma tkunx daqshekk sempliċi.
Id-Direttorat tal-Edukazzjoni diġa’ qed jimplimenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li kien hemm fl-imsemmi rapport, fosthom:
| 1. Dawk kollha li jixtiequ jipprovdu l-uniformi għandhom jingħataw iċ-ċans. Dan diġà qed isir fl-iskejjel tal- | Istat peress li toħroġ espressjoni ta’ interess għal dawk kollha interessati biex jipprovdu l-uniformijiet. |
| 2. L-iskejjel għandhom jipprovdu lil min jissuplixxi l-uniformijiet informazzjoni dwar l-uniformi. Fl-iskejjel tal- | Istat dan diġà jsir. |
3. L-iskejjel għandhom joħorġu sejħa ta’ interess għal min jixtieq jipprovdi l-uniformijiet. Fl-iskejjel tal-istat dan diġà jsir.
4. Ftehim li jsir ma xi ħadd li jipprovdi l-uniformijiet għandu jkun għal perjodu stipulat ta’ żmien. Fl-iskejjel tal -Istat dan isir.
5. Għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-ġenituri dwar l-uniformi. Din diġa ssir f’ħafna skejjel. Min jipprovdi jirċievi wkoll feedback fuq l-uniformi u jipprova jtejjeb minn sena għall-oħra.
6. Il-ġenituri għandhom ikunu infurmati min ibiegħ l-uniformi. Dan diġà jsir.
7. Il-ġenituri għandu jkollhom l-għażla li jixtru d-drapp u jħitu l-uniformi. Din diġà ssir.
8. M’għandhux ikun hemm lista twila ta’ oġġetti fl-uniformi. Fl-iskejjel tal-Istat hemm lista stipulata tal-oġġetti li huma meħtieġa għall-uniformi tas-sajf u tax-xitwa.
9. Id-disinn tal-uniformi għandu jkun tal-iskola. Din diġà qiegħda fis-seħħ.
10. L-uniformi tas-subien għandha tkun simili għal tal-bniet. Din diġà qiegħda fis-seħħ.
11. Id-disinn tal-uniformi għandu jibqa’ l-istess. Fil-Kulleġġi l-Gvern ħa l-impenn li jżomm l-istess disinn għal tul ta’ żmien.
12. Ir-rapport sab li bis-sistema l-ġdida li ntużat fl-iskejjel tal-Istat, il-prezz niżel speċjalment għall-uniformijiet tas-subien.
Meta ġew iddisinjati l-uniformijiet tal-iskejjel tal-Istat, saret ħafna konsultazzjoni anke ma’ rappreżentanti tal-ġenituri. Id-disinn tal-uniformi hu pjuttost sempliċi u jiggarantixxi li tkun komda, ta’ kwalita u waħda li tagħti dehra moderna u sabiħa lill-istudent. Ħafna ġenituri juru apprezzament għal din l-uniformi.
Id-Direttorat tal-Edukazzjoni adotta sistema kompetittiva li tiggarantixxi trasparenza u valur għall-flus imħallsa filwaqt li neħħa affarijiet żejda biex il-prezz tal-uniformijiet jinżamm baxx kemm jista’ jkun. F’każ fejn verament il-ġenituri jkollhom diffikultà biex jixtru l-uniformi għal uliedhom, l-iskejjel jgħinu wkoll.
Il-Gvern ta direzzjoni ċara fejn jidħlu l-uniformijiet. L-uniformi għandha tibqa’ għax mingħajrha l-inkwiet u l-ispejjeż għall-ġenituri jiżdiedu. L-uniformi għandha tkun ta’ kwalità tajba u komda għall-istudent.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021