Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-ONOR. EVARIST BARTOLO U L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA

pr2098
Date Icon 27/09/2012

L-Oppożizzjoni tasal għal konklużjonijiet żbaljati

Ir-rapport li kien ħareġ l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta f’Mejju ta’ din is-sena dwar l-uniformijiet tal-Iskejjel, ġie studjat sew mill-Ministeru tal-Edukazzjoni.  Ir-rapport jgħid li jista’ jkun li l-iskejjel ikollhom uniformijiet sempliċi imma l-istess waqt jirrikonoxxi li jista’ jkun hemm raġunijiet oħra għaliex l-uniformi ma tkunx daqshekk sempliċi.

Id-Direttorat tal-Edukazzjoni diġa’ qed jimplimenta numru ta’ rakkomandazzjonijiet li kien hemm fl-imsemmi rapport, fosthom:

1. Dawk kollha li jixtiequ jipprovdu l-uniformi għandhom jingħataw iċ-ċans.  Dan diġà qed isir fl-iskejjel tal-Istat peress li toħroġ espressjoni ta’ interess għal dawk kollha interessati biex jipprovdu l-uniformijiet.
2. L-iskejjel għandhom jipprovdu lil min jissuplixxi l-uniformijiet informazzjoni dwar l-uniformi.  Fl-iskejjel tal-Istat dan diġà jsir.

3. L-iskejjel għandhom joħorġu sejħa ta’ interess għal min jixtieq jipprovdi l-uniformijiet.  Fl-iskejjel tal-istat dan diġà jsir.

4. Ftehim li jsir ma xi ħadd li jipprovdi l-uniformijiet għandu jkun għal perjodu stipulat ta’ żmien.  Fl-iskejjel tal -Istat dan isir.

5. Għandu jkun hemm konsultazzjoni mal-ġenituri dwar l-uniformi.  Din diġa ssir f’ħafna skejjel.  Min jipprovdi jirċievi wkoll feedback fuq l-uniformi u jipprova jtejjeb minn sena għall-oħra.

6. Il-ġenituri għandhom ikunu infurmati min ibiegħ l-uniformi.  Dan diġà jsir.

7. Il-ġenituri għandu jkollhom l-għażla li jixtru d-drapp u jħitu l-uniformi.  Din diġà ssir.

8. M’għandhux ikun hemm lista twila ta’ oġġetti fl-uniformi.  Fl-iskejjel tal-Istat hemm lista stipulata tal-oġġetti li huma meħtieġa għall-uniformi tas-sajf u tax-xitwa.

9. Id-disinn tal-uniformi għandu jkun tal-iskola.  Din diġà qiegħda fis-seħħ.

10.  L-uniformi tas-subien għandha tkun simili għal tal-bniet.  Din diġà qiegħda fis-seħħ.

11.  Id-disinn tal-uniformi għandu jibqa’ l-istess.  Fil-Kulleġġi l-Gvern ħa l-impenn li jżomm l-istess             disinn għal tul ta’ żmien.

12.  Ir-rapport sab li bis-sistema l-ġdida li ntużat fl-iskejjel tal-Istat, il-prezz niżel speċjalment għall-uniformijiet tas-subien.

Meta ġew iddisinjati l-uniformijiet tal-iskejjel tal-Istat, saret ħafna konsultazzjoni anke ma’ rappreżentanti tal-ġenituri.  Id-disinn tal-uniformi hu pjuttost sempliċi u jiggarantixxi li tkun komda, ta’ kwalita u waħda li tagħti dehra moderna u sabiħa lill-istudent.  Ħafna ġenituri juru apprezzament għal din l-uniformi. 

Id-Direttorat tal-Edukazzjoni adotta sistema kompetittiva li tiggarantixxi trasparenza u valur għall-flus imħallsa filwaqt li neħħa affarijiet żejda biex il-prezz tal-uniformijiet jinżamm baxx kemm jista’ jkun.  F’każ fejn verament il-ġenituri jkollhom diffikultà biex jixtru l-uniformi għal uliedhom, l-iskejjel jgħinu wkoll.

Il-Gvern ta direzzjoni ċara fejn jidħlu l-uniformijiet.  L-uniformi għandha tibqa’ għax mingħajrha l-inkwiet u l-ispejjeż għall-ġenituri jiżdiedu.  L-uniformi għandha tkun ta’ kwalità tajba u komda għall-istudent.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow