PROĠETT TAL-KUNSILL LOKALI TA' SAN LAWRENZ FAVUR TURIŻMU SOSTENIBBLI
Proġett favur turiżmu sostenibbli li qed jiġi implimentat mill-Kunsill Lokali San Lawrenz hu ko-finanzjat mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Fond Agrikolu Ewropew– Miżuri 313 u 323. Il-fondi kienu akkwistati bl-għajnuna teknika tal-MEUSAC li jassisti kunsilli lokali u organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) fis-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet għal proġetti ko-finanzjati mill-UE.
Id-dettalji kollha tal-proġett ingħataw waqt żjara li l-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said u l-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb għamlu f’San Lawrenz fejn intlaqghu mis-Sindku Anthony Formosa u l-Kunsilliera.
F’San Lawrenz, fl-inħawi tad-Dwejra li hu sit Natura 2000, se jitjiebu l-faċilitajiet għall-bird-watchers, se tissebbaħ il-pjazza u se jkunu restawrati l-isqaqien. Se jkunu provduti wkoll faċilitajiet b’informazzjoni għall-viżitaturi. Dan il-proġett għandu jikkumplimenta ir-restawr tal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz li sar ukoll b’fondi mill-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru Chris Said qal li s-sena li għaddiet il-MEUSAC għen ħames Kunsilli Lokali Għawdxin biex bejniethom akkwistaw €2.3 miljun mill-Pjan ta’ Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Fond Agrikolu Ewropew– Miżuri 313 u 323. Minbarra l-Munxar, dawn jinkludu wkoll il-Kunsilli Lokali tal-Qala, Ta’ Sannat, il-Munxar u l-Għarb.
Il-Ministru Chris Said spjega li dawn il-proġetti kollha se jgħinu fil-ħolqien tal-impjiegi f’oqsma bħall-agri-turiżmu, l-eko-turiżmu, u t-turiżmu kulturali. Il-proġetti nfushom se jgħinu wkoll biex il-lokalitajiet li kisbu fondi jkomplu jiżviluppaw b’mod sostenibbli u titjieb il-kwalita’ tal-hajja tar-residenti. L-għan aħħari jibqa’ li t-tisbiħ tal-kampanja u r-restawr ta’ postijiet storiċi u rurali jwasslu biex aktar viżitaturi u turisti jżuru l-lokalitajiet u l-attrazzjonijiet tagħhom.
Il-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb qal li l-Kunsilli Lokali saru l-akbar benefiċjarji ta’ finanzjament Ewropew permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC. Tul l-erba’ snin li għaddew, il-MEUSAC għen lill-Kunsilli Lokali u NGOs biex bejniethom kisbu €18-il miljun minn programmi differenti tal-Unjoni Ewropea sabiex qed jiġu implimentati 127 proġett u inizjattiva differenti.
Is-Sindku Anthony Formosa, wara li spjega l-ghanijiet tal-progett, irringrazzja lil MEUSAC ghall-ghajnuna taghhom biex seta’ jisr dan il-progett b’valur ta madwar miljun ewro.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021