STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Il-Ministeru jinnota l-Istqarrija ta’ Standard and Poor’s dwar il-credit rating tal-Korporazzjoni tal-Enemalta, liema rating gie kkonfermat fuq livell ta' B+.
Dan ir-rapport jinnota li din is-sena l-Gvern qed jghin lill-Korporazzjoni Enemalta, biex fid-dawl ta’ zidiet ulterjuri fil-prezz internazzjonali taz-zejt, tkun tista’ ma tghollix it-tariffi. Bl-intervent tal-Gvern, il-familji, is-sidien tan-negozji u l-industrijalisti mhux qed ihallsu tariffi oghla. Dan jixhed l-ghaqal u r-responsabbilta tal-Gvern li meta affacjat bi prezzijiet oghla fiz-zejt, ghazel li jnaqqas in-nefqa tieghu fuq aspetti ohra tal-hidma tal-Gvern u jghin lill-familji u n-negozji ta’ pajjizna. Wiehed ifakkar li l-Oppozizzjoni kienet haditha hatta bla qabel kontra d-decizjoni li jnaqqas in-nefqa tieghu f'setturi ohra biex it-tariffi ma joghlewx.
Fl-istess waqt, Standard and Poor’s tipproponi li biex l-Enemalta ttejjeb ir-rating taghha, trid:
| a) | Tkompli tinvesti aktar fil-generazzjoni tal-energija: dan hu li qed taghmel il-Korporazzjoni, b’estensjoni fil-power station ta’ Delimara li se tkun qed tahdem b’efficjenza d-doppju ta’l-Power Station tal-Marsa. Dan kien ikkonfermat illum mill-kumpanija internazzjonali Platts li nnominat l-impjant ta’ Delimara bhala wiehed mill-finalisti ghall-Premju li jaghti rikonoxximent ghall-impjanti tal-energija efficjenti u teknologikament avvanzati; kif ukoll b'investiment f'interconnector ma' Sqallija. |
| b) | Timplimenta programm car ta’ ristrurrar tad-dejn: dan hu l-iskop tal-Ispecial Purpose Vehicle (SPV) li l-Gvern ressaq quddiem il-Parlament u li se jigi diskuss fil-jiem li gejjin |
| c) | Tgholli t-tariffi tad-dawl: pozizzjoni li l-Gvern minhabba c-cirkustanzi ekonomici ghazel li ma jaghmlix u minflok ghazel li jghin lill-Korporazzjoni biex ma jkollhiex ghalfejn taghmel dan. Dan il-kumment juri bic-car li kull diskors populistiku ta’ tnaqqis ta’ tariffi mhux fattibbli, ghaliex kif turi bic-car Standard and Poor’s it-tariffi llum lanqas huma bizzejjed biex tkun kopruta l-ispiza attwali tal-fuel. |
Dan il-Gvern jibqa’ kommess li jinvesti fil-generazzjoni ta’ energija li hija krucjali biex nibqghu nattiraw l-investiment u l-jobs f’pajjizna. Fl-istess waqt, jerga juri l-impenn tieghu li kemm-il darba l-prezzijiet taz-zejt jibqghu fil-livelli li qeghdin llum, lest jerga jzid l-ghajnuna lill-Enemalta biex ikun assigurat li ma jkunx hemm aktar pizijiet ghall-familji u s-sidien ta’ negozji Maltin u Ghawdxin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021