Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT F’ĠENERAZZJONI AKTAR EFFIĊJENTI LI TIGGARANTIXXI KWALITÀ TAL-ARJA AĦJAR

pr2085
Date Icon 26/09/2012

L-estensjoni tal-Power Station f’Delimara bħalissa tinsab għaddejja mill-aħħar stadju tal-ittestjar (reliability run). Din hija l-aħħar fażi li għandha tintemm lejn nofs Ottubru meta l-Enemalta tieħu l-impjant f’idejha. Waqt dawn it-testijiet il-magni qed jitħaddmu kontinwament għal 30 ġurnata, u huwa tip ta’ prova li juri li l-impjant huwa mħaddem skont it-termini tal-kuntratt, kif ukoll li l-emissjonijiet stipulati fil-kuntratt qed jiġu ukoll milħuqin. Fil-fatt, l-indikazzjonijiet preżenti huma li l-emissjonijiet huma sostanzjalment inqas mil-limiti stipulati mill-permess, magħruf bħala IPPC. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech waqt żjara f’din l-estensjoni fejn kien akkumpanjat miċ-Chairman tal-Korporazzjoni Louis Giordimaina.

Il-Ministru Fenech sostna li l-investiment fl-estensjoni tal-power station f’Delimara, flimkien mal-proġett tal-interconnector ma’ Sqallija huma żewġ proġetti essenzjali biex pajjiżna jkun jista’ jibqa’ jikber ekonomikament u jattira aktar postijiet tax-xogħol.  Huwa spjega kif permezz ta’dan l-impjant, li huwa konformi mal-aqwa standards tal-Kwalità tal-Arja tal-Unjoni Ewropea, twaqqfu l-operazzjonijiet tal-eqdem erba’ boilers fil-power station tal-Marsa, li huma ukoll dawk li jniġġsu l-aktar fil-power station tal-Marsa. L-estensjoni għandha effiċjenza ta’ 47%, kważi d-doppju tal-effiċjenza fil-Marsa. Dan mhux biss ifisser tnaqqis fl-ammont ta’ fjuwil użat iżda wkoll tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ pajjiżna.

L-użu ta’ Delimara flok nofs il-Marsa se jfisser tnaqqis ta’:
- SO2 -3,000 tunnellata fis-sena
- Nox -2,400 tunnellata fis-sena
- CO2 -200,000 tunnellata fis-sena

Dan l-impjant huwa magħmul minn 8 magni ta’ 17MW-il waħda, flimkien ma’ steam turbine ta’ 13MW li taħdem permezz ta’ sistema ta’ combined cycle li tuża s-sħana mill-exhaust tal-magni biex tiġġenera l-elettriku.  Peress li l-magni huma daqshekk żgħar hemm il-possibiltà li jitwaqqfu jew jinxtegħlu skont il-bżonnijiet tal-ġurnata, biex b’hekk jitqabbel aħjar il-load mad-domanda tal-elettriku.

Dwar it-tariffi, il-Ministru Fenech spjega kif barra mill-fatt li l-effiċjenza tal-impjant il-ġdid qed ittaffi ftit mill-impatt taż-żieda fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt, din is-sena l-Gvern appoġġja lill-Korporazzjoni biex ma jogħlewx it-tariffi għall-familji, l-industrija u s-sidien ta’ negozji.

Waqt din iż-żjara, il-Ministru Fenech ħabbar li l-impjant ta’ Delimara ġie nominat għal finali minn lista ta’ aktar minn 200 nominazzjoni minn madwar id-dinja għal premju Leading Technology Award in Commercial Application, imtella’ mill-Platts. Ir-rekwiżiti kienu jinkludi aspetti ta’ innovazzjoni u effiċjenza fit-tnaqqis tal-emissjonijiet, fir-reliability u fis-suċċess kummerċjali. “Dan huwa unur li jitkellem waħdu dwar l-investiment tal-aqwa kwalità li qed jagħmel pajjiżna” temm jgħid il-Ministru Fenech.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow