Left arrow Go Back

IKOMPLU JIŻDIEDU N-NIES JAĦDMU

pr2079
Date Icon 26/09/2012

L-istatistika li ħarġet illum li turi li n-nies jaħdmu bi qliegħ żdiedu u li żdiedu b’rata aktar mgħaġġla n-nisa jaħdmu bi qliegħ, turi li l-politika tal-Gvern li jinċentiva ż-żieda fl-investiment, il-ħolqien tal-impjiegi u jħajjar lin-nisa biex jibqgħu f’impjieg qed tagħti riżultati.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol l-Onor. Dolores Cristina, f’kumment li għamlet qalet li l-politika tal-Gvern qed twassal biex jiżdiedu l-postijiet tax-xogħol.  Bl-opportunitajiet ġodda ta’ xogħol qed jinħolqu firxa wiesgħa ta’ impjiegi għal ħiliet differenti.  Hi qalet li biż-żieda fl-investiment privat fil-fabbriki, kumpaniji, u negozji żgħar u medji inħolqu 20,000 impjieg ġdid f’4 snin.

Hi qalet li l-Gvern naqqas l-income tax sa €25,000 għas-sidien ta’ negozji żgħar u medji li jinvestu jew jimpjegaw aktar ħaddiema, qiegħed iħajjar aktar investiment lokali u barrani bi skemi u inċentivi differenti, qed iżid il-family friendly measures u jiftaħ aktar child care centres u aktar servizzi għat-tfal wara l-iskola bħal Klabbs 3 – 16.  Dawn kollha huma inizjattivi li jgħinu biex aktar nies jaħdmu bi qliegħ.

Il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-Gvern qed jinvesti b’mod qawwi fil-ħiliet taż-żgħażagħ u l-ħaddiema.  Il-Gvern qed jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema, permezz ta’ korsijiet tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ – l-ETC.  Fil-qasam edukattiv, qed jiżdiedu l-istudenti li jkomplu l-istudji tagħhom wara s-sekondarja.  Illum 83% taż-żgħażagħ qed ikomplu l-istudji filwaqt li fl-1999, 43% kienu jkomplu jistudjaw.  Hi qalet li bl-investiment li qed jagħmel il-Gvern fl-edukazzjoni t-taħriġ, l-investituri u s-sidien ta’ negozji jafu li se jsibu ħaddiema ta’ ħila u mħarrġa sew.

Statistika tal-NSO turi li fl-aħħar sena l-impjiegi żdiedu bi 2.1% filwaqt li n-nisa jaħdmu bi qliegħ żdiedu għal kwazi 44% - żieda ta’ 3.4% fuq sena qabel.

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni tan-nisa telgħet minn 32.2% fl-2001 għal 40.5 fl-2011 u għal 43.9 f’Ġunju 2012. 

Il-paga medja f’sena żdiedet b’€464.  Din iż-żieda ma tinkludix dħul minn ħlas ta’ overtime, bonus jew allowances oħra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow