XOGĦLIJIET ESTENSIVI FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TAL-MOSTA
Minħabba xogħlijiet estensivi ta’ tisbieħ li ser isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta il-pubbliku li jagħmel użu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa huwa mgħarrraf li:
1. Mit 8 ta’ Ottubru 2012, dawk in-nies li jkollhom bżonn is-servizz ta’ tabib, għandhom jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.
2. Mit 8 ta’ Ottubru 2012,dawk li diġà għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi li jiġi offrut miċ-Ċentru tas-Saħħa jistgħu jżommu l-istess data u ħin tal-appuntament iżda jattendu fil-post indikat hawn taħt:
Klinika | Post fejn għandhom jattendu |
Tilqim tat-tfal | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Dijabete | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Konsulent Mediku | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Konsulent tal-Għadam (Ortopedija) | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Ġinekologija u Tqala | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
E.C.G. | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Tat-Tfal (Well Baby Clinic) | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Riżultati tad-Demm u E.C.G | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Teħid tad-Demm u testijiet oħra | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Fiżjoterapija | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Podjatrija | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Tal-Għajnejn (Oftalmoloġija) | Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara |
Saħħa Mentali | Sala Parokkjali tal-Mosta, l-ewwel sular |
Riċetti tal-mediċini | Uffiċċju tal-Kunsill Lokali, Il-Mosta |
Speech Language Pathology | Klinika tal-Gvern (Berga), Il-Għargħur |
Is-servizz tal-X-Rays ser jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sakemm jinħareġ avviż ieħor.
In-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara huma 21494960, 21494961, 21494962. Il-pubbliku huwa mitlub juża dawn in-numri għal kull bzonn li jista’ jinqala.
Il-proġett, li qiegħed isir b’investiment ta’ nofs miljun Ewro għandu l-iskop li li l-pazjent ikun jista’ jinqeda f’ambjent isbaħ filwaqt li l-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu. Il-proġett ta’ tisbiħ se jippermetti wkoll żieda fis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru li se jinkludi wkoll operating theatre li ser jintuża għal interventi żgħar. Ix-xogħlijiet fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta se jinkludu tisbiħ radikali tal-post, b’tibdil tas-sistemi tal-elettriku u tal-ilma kif ukoll tqassim aħjar taċ-ċentru.
Is-sena li għaddiet twasslu aktar minn 160,000 servizz minn dan iċ-ċentru, fosthom 39,000 viżta medika, 3,000 viżta fid-djar tan-nies, 10,000 servizz ta’ podjatrija u aktar minn 8,000 x-ray.
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-professjonisti u ħaddiema li ta’ kuljum iwasslu s-servizzi tal-kura primarja fiċ-ċentri tas-saħħa, bereġ u anke fid-djar tan nies.
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021