Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT IĊ-ĊELEBRAZZJONI TAL ĦAMES ANNIVERSARJU MINN META 6PM SSIEĦBU FIL-BORŻA TA’ MALTA – SAN ĠILJAN – IT-TLIETA 25 TA’ SETTEMBRU 2012

pr2066
Date Icon 25/09/2012

Dan il-Gvern minn dejjem stinka sabiex jattira investiment minn kumpaniji lokali u barranin; b’mod speċjali mis-settur tal-ICT.  Kuntent li kumpanija lokali 6PM, kumpanija li bdiet u nibtet f’Malta tilħaq mira bħal din.  Kif bosta minnkom tafu, d-deċiżjoni li imprenditur jagħżel li l-kumpanija tiegħu jew tagħha tibda tagħmel parti mill-Borża mhijiex deċiżjoni faċli.  Ivan Bartolo u t-tim tiegħu mhux biss irnexxilhom jissieħbu mal-Borża ta’ Malta iżda rnexxilhom ukoll joħorġu s-shares sabiex ikunu jistgħu jikbru u jissaħħu aktar.

Suċċess bħal dan ma jservix biss ta’ gwadan għal din il-kumpanija – iżda jservi ukoll bħala inkoraġġiment għal impredituri oħrajn.  Is-suċċess ta’ kumpaniji f’Malta jservi għal tkabbir ekonomiku, aktar postijiet tax-xogħol, u anki ta’ stimolu għar-riċerka u l-innovazzjoni.

Pero rridu nkunu intelliġenti u nifhmu li bħal kif magna hija mgħamula minn partijiet differenti, hekk ukoll l-operat tas-suq – kull aspett huwa neċessarju sabiex niksbu suċċess għall-pajjiżna.  Sabiex nattiraw aktar investiment lokali u barrani rridu noffru inċentivi finanzjarji, noffru l-infrastruttura  neċċessarja u nġibu flimkien l-aspetti ta’ ekonomija b’saħħitha.  Qabel ma kumpanija tinvesti, din tħares lejn l-iżvillup u l-kompetittività ta’ dak il-pajjiż – inkluż il-ħaddiema.

Irridu allura nistinkaw sabiex noffru l-ħiliet marbutin mal-ICT u l-impredintorija li dawn il-kumpaniji għandhom bżonn kemm illum, għada u anki fis-snin li ġejjin.  Jekk irridu li s-suq tax-xogħol ikompli jikber irrid ikollna l-ammont u l-kwalità ta’ ħiliet li dawn il-kumpaniji għandhom bżonn.  B’hekk mhux biss jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda iżda ntejbu ukoll il-livell tal-postijiet tax-xogħol diġà eżistenti.

Matul is-snin għamilna l-għalmu tagħna biex inżidu l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ lil kullħadd – permezz ta’ skemi bħall-MyPotential, li llum saret Get Qualified, għamilna possibli għal eluf ta’ studenti sabiex jieħdu lura ammont sostanzjali mill-ispejjeż tal-kors tagħhom hekk kif jiggradwaw.  Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea offrejna tliet diplomas fl-ICT – is-Second Step – u aktar kmien dan ix-xahar kien hemm 138 raġel u mara li ggradwaw u daħlu fis-suq tax-xogħol b’titlu ġdid – dak ta’ ICT professional. Ser ikollna opportunitajiet simili anke fil-futur qarib. In-numru ta’ gradwati fl-ICT mill-MCAST u mill-Università żdiedu sena wara sena.  Bejn l-2010 u l-2011 kien hemm żieda ta’ aktar minn 20% fin-numru ta’ gradwati fl-ICT li wassal biex fl-2011 kien hemm kwazi 3,050 gradwat.  Minn dawn, 38% gradwaw f’livell 4 (A-Level jew Diploma); 19% gradwaw f’livell 5 (higher national Diploma); 38% gradwaw f’livell 6 (Bachelors) u 5% ġabu masters jew post-graduate diploma.

L-industrija tal-ICT qed tikber madwar id-dinja kollha u xejn inqas f’Malta.  Skont statistika tal-NSO fl-aħħar sena l-industrija tal-ICT f’Malta kibret b’iżjed minn €22 miljun ewro, biex ma nsemmux tkabbir ieħor fosthom fis-settur tal-gaming, dak tal-interactive media u setturi oħra.

Ejja ma ninsewx li llum il-professjonisti fl-ICT m’għadx għadek issibhom biss f’kumpaniji tal-ICT.  Illum kumpaniji minn kull settur tal-ekonomija qiegħdin joħolqu rwoli ġodda u strateġiċi għal dawn il-professjonisti. Dan ifisser li dak li għamilna s’issa m’huwiex biżżejjed u għandna iktar pjanijiet ta’ attivitajiet u proġetti li rridu nkomplu nsostnu.

Ngħalaq billi nifraħ lil 6PM għal anniversarju tagħhom u nħeġġeġ lilhom u kumpaniji simili sabiex ikomplu jemmnu fil-potenzjal tagħhom u b’determinazzjoni jimxu aktar ’l quddiem għal ġid tagħhom u ta’ pajjiżna.

Grazzi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow