Left arrow Mur Lura

L-EWWEL JUM TAL-ISKOLA - ŻJARA FL-ISKOLA PRIMARJA QORMI SAN ĠORĠ U L-ISKOLA SEKONDARJA TAL-BNIET F’SANTA LUĊIJA

pr2061
Date Icon 24/09/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina akkumpanjata mis-Segretarju Parlamentari Clyde Puli dalgħodu żaret żewġ skejjel, waħda primarja u oħra sekondarja, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti.

L-ewwel skola li żaret il-Ministru kienet il-Primarja ta’ San Ġorġ Ħal Qormi li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injażju. L-Għażla ta’din l-iskola kellha sinjifikat partikolari. 

Dan għaliex is-sistema tal-Kulleġġ bdiet tkun żviluppata fl-2007. Illum, wara ħames snin, għandna Kulleġġ li għaqqad l-elementi kollha li rridu naraw f’Kulleġġ – jiġifieri miċ-Child Care Centre – li nsibu f’din l-iskola – għal kindergartens u skejjel primarji f’kull raħal jew belt li jiffurmaw il-Kulleġġ u skola primarja tas-subien u oħra tal-Bniet li f’dan il-każ qed tilqa’ fiha studenti għall-ewwel darba, l-iskola ġdida sekondarja tal-Bniet f’Tal-Ħandaq.

Dan hu l-mudell li fassalna u li issa qed naraw jitwettaq fil-prattika.  Mudell li issa jrid ikompli jiġi estiż għall-bqija tal-Kulleġġi l-oħra f’Malta u f’dak ta’ Għawdex ukoll.

Dan il-mudell irid jiggarantilna li nkomplu noffru edukazzjoni ta’ kwalità maħsuba biex it-tfal kollha Maltin u Għawdxin jirnexxu u jkollhom futur mill-isbaħ.

Il-Ministru Cristina qalet li dan ifisser investiment kbir kemm f’dak li hu bini u apparat għat-tagħlim, imma fuq kollox investiment fir-riżorsa umana tal-għalliema tagħna, Learning Support Assistants, Kindergarten Assistants u professjonisti u ħaddiema oħra li llum insibu fil-Kulleġġi tagħna.

Numru ta’ Skejjel

Illum hu l-ewwel jum tal-iskejjel primarji u sekondarji tal-Gvern, tal-Knisja u dawk Indipendenti.

B’kollox hawn 116 ċentri tal-Kindergarten - 62 tal- Istat, 32 tal-Knisja u 22 Indipendenti

Illum fetħu l-bibien tagħhom 106 skola primarja  li 69 minnhom huma  tal-Istat, 24 tal-Knisja u 13 Indipendenti

Għandna wkoll 61 skola sekondarja:  29 tal-Istat, 22 tal-Knisja u 10 Indipendenti.  Mas-Sekondarji tal-Gvern hemm inkluża l-Iskola tal-Isport li hu kunċett ġdid.

Għanda wkoll 6 Ċentri ta’ Riżorsi.

Fil livell Post Sekondarju insibu total ta’ 6 skejjel:

Giovanni Curmi Higher Secondary tan-Naxxar u Giovanni Refalo Higher Secodary ta’ Għawdex. Hemm żewġ Sixth Forms tal-Knisja - San Alwigi u De La Salle u żewġ Sixth Forms Indipendenti - St. Martins u St. Edwards.

Popolazzjoni ta’ Studenti

It-total ta’ studenti li se jibdew is-sena skolastika huwa ta’ 57,707.

Fil-Kindergarten se jibdew 7,987 tifel u tifla 

5400 minnhom fl-iskejjel tal-Istat,

1084 fl-iskejjel tal-Knisja,

1503 fi skejjel indipendenti

Fil-livell Primarju hemm 23,494 student filwaqt li fil-livell sekondarju hemm 22,474 student.

Se jkunu qegħdin jattendu ir-resource centres 188 student.

Fil-livell post sekondarju se jibdew 3,564 student.

Tmexxija tal-Iskejjel tal-Istat

Biex imexxu l-iskejjel tal-Istat hemm:

Kapijiet 103

Assistant Heads 237

Għalliema 3104 li minnhom 89 huma għalliema ġodda

Peripatetic Teachers 626

Learning Support Assistants 1604

Kindergarten Assistants 423

Tmexxija tal-Iskejjel tal-Knisja u Indipendenti

Fl-iskejjel tal-Knisja hemm:

Kapijiet  58

Assistenti Kapijiet  82

Għalliema 1,756

Learning Support Assistants 693

Kindergarten Assistants 174

Numru ta’ Studenti li jgawdu mit-trasport offrut mill-Gvern

Total ta’ 13,159

Studenti bi bżonnijiet speċjali 185

Qed noffru 574 rotta li bejniethom irikkbu jew iwaqqfu tfal f’2027 post.

Matul is-Sajf li għadda saru xogħolijiet f’81 skola.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

Aktar Stqarrijiet Right arrow