JITRAĦĦSU 14-IL MEDIĊINA OĦRA UŻATI GĦALL-KURA TAL-INFEZZJONIJIET, INFJAMAZZJONIJIET, FITS U MARD TAL-PROSTATA
Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, iħabbar illi ntlaħaq qbil mal-importaturi tal-mediċini li jitraħħsu 14-il mediċina oħra. Bħala parti mill-eżerċizzju tat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-mediċini s’issa traħħsu 253 mediċina.
It-tnaqqis fil-prezzijiet tal-mediċini jlaħħaq sa 43%. Fost l-oħrajn l-Augmentin traħħas b’€6.89, it-Tamsol traħħas b’€4.40, l-Amoxil traħħas b’€0.75 u l-Xanax traħħas b’€1.36. Il-mediċini li traħħsu jinkludu dawk li jingħataw għall-kura ta’ infezzjonijiet, infjamazzjonijiet, fits, mard tal-prostata, kundizzjonijiet fil-ġilda, ansjetà u antibijotiċi.
Il-Ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi qal li l-proċess li qed jagħmel il-Gvern biex, b’diskussjoni mal-importaturi tal-mediċini huma jraħħsu l-prezz tal-mediċini, juri l-impenn tal-Gvern favur il-familji. Hu qal li dan hu Gvern li hu sensittiv lejn il-ħtiġijiet tal-familji, tat-tfal u tal-anzjani. "Saħħtek għal qalbna" sostna l-Onor. Jason Azzopardi.
Hu fakkar li kuljum eluf ta’ persuni jmorru jiġbru mediċini b’xejn bl-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u mill-ispiżeriji tal-Gvern fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-Isptar Mater Dei. Madankollu l-Gvern xorta qed jaħdem id f’id mal-importaturi biex il-prezz tal-mediċini mill-ispiżeriji jonqsu.
Ir-roħs sar bl-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li diġà għaddejja b’diskussjonijiet sabiex ikomplu jorħsu aktar mediċini.
Din hija l-lista tal-mediċini li raħħsu u li jibda jgħodd mill-kunsinni ġodda li jixtru l-ispiżeriji:
Mediċina | Pakkett | Il-prezz l-antik | Il-prezz il-ġdid | Ir-roħs | Użu |
€ | € | € | |||
Amoxil | 500mg capsules x 21 | 8.65 | 7.90 | -0.75 | antibijotiku |
Augmentin | 500/125mg tablets x 21 | 15.77 | 8.88 | -6.89 | antibijotiku |
Champix | 1mg film-coated tablets x 28 | 52.76 | 51.08 | -1.68 | jgħin fil-kura tal-vizzju tat-tipjip |
Depo-Medrone | 40mg/ml suspension for injection x 1ml | 5.17 | 4.35 | -0.82 | trattament għal ċertu kundizzjonijiet ta' infjammazzjoni |
Depo-Medrone | 40mg/ml suspension for injection x 2ml | 8.41 | 7.78 | -0.63 | trattament għal ċertu kundizzjonijiet ta' infjammazzjoni |
Fucidin | 2% ointment x 15g x 1 | 6.64 | 6.30 | -0.34 | antibijotiku għall-infezzjonijiet tal-ġilda |
Fucidin | 2% cream x 15g x 1 | 6.66 | 6.30 | -0.36 | antibijotiku għall-infezzjonijiet tal-ġilda |
Lyrica | 75mg hard capsules x 56 | 106.94 | 85.96 | -20.98 | għall-uġigħ newropatiku u epilessija |
Lyrica | 150mg hard capsules x 56 | 106.94 | 96.42 | -10.52 | għall-uġigħ newropatiku u epilessija |
Macrodantin | 50mg capsules x 30 | 6.10 | 5.62 | -0.48 | antibijotiku |
Macrodantin | 100mg capsules x 30 | 11.02 | 10.28 | -0.74 | antibijotiku |
Tamsol | 0.4mg modified-release hard capsules x 20 | 16.90 | 12.50 | -4.40 | għall-mard tal-prostata |
Xanax | 250mg tablets x 60 | 9.57 | 8.26 | -1.31 | għall-ansjetà |
Xanax | 500mg tablets x 60 | 12.56 | 11.20 | -1.36 | għall-ansjetà |
Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23952000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u t-3.00pm jew inkella billi jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku: fair.trading@gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262021en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...
PR262021