Left arrow Go Back

JITRAĦĦSU 14-IL MEDIĊINA OĦRA UŻATI GĦALL-KURA TAL-INFEZZJONIJIET, INFJAMAZZJONIJIET, FITS U MARD TAL-PROSTATA

pr2034
Date Icon 19/09/2012

Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, iħabbar illi ntlaħaq qbil mal-importaturi tal-mediċini li jitraħħsu 14-il mediċina oħra.  Bħala parti mill-eżerċizzju tat-tnaqqis tal-prezzijiet tal-mediċini s’issa traħħsu 253 mediċina.  

It-tnaqqis fil-prezzijiet tal-mediċini jlaħħaq sa 43%. Fost l-oħrajn l-Augmentin traħħas b’€6.89, it-Tamsol traħħas b’€4.40, l-Amoxil traħħas b’€0.75 u l-Xanax traħħas b’€1.36.  Il-mediċini li traħħsu jinkludu dawk li jingħataw għall-kura ta’ infezzjonijiet, infjamazzjonijiet, fits, mard tal-prostata, kundizzjonijiet fil-ġilda, ansjetà u antibijotiċi.

Il-Ministru tal-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi qal li l-proċess li qed jagħmel il-Gvern biex, b’diskussjoni mal-importaturi tal-mediċini huma jraħħsu l-prezz tal-mediċini, juri l-impenn tal-Gvern favur il-familji.  Hu qal li dan hu Gvern li hu sensittiv lejn il-ħtiġijiet tal-familji, tat-tfal u tal-anzjani.  "Saħħtek għal qalbna" sostna l-Onor. Jason  Azzopardi.

Hu fakkar li kuljum eluf ta’ persuni jmorru jiġbru mediċini b’xejn bl-Iskema tal-Ispiżeriji tal-Għażla Tiegħek u mill-ispiżeriji tal-Gvern fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fl-Isptar Mater Dei. Madankollu l-Gvern xorta qed jaħdem id f’id mal-importaturi biex il-prezz tal-mediċini mill-ispiżeriji jonqsu.

Ir-roħs sar bl-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur li diġà għaddejja b’diskussjonijiet sabiex ikomplu jorħsu aktar mediċini. 

 Din hija l-lista tal-mediċini li raħħsu u li jibda jgħodd mill-kunsinni ġodda li jixtru l-ispiżeriji:

Mediċina

Pakkett

Il-prezz l-antik

Il-prezz il-ġdid

Ir-roħs

Użu

€

€

€

Amoxil

500mg capsules x 21

8.65

7.90

-0.75

antibijotiku

Augmentin

500/125mg tablets x 21

15.77

8.88

-6.89

antibijotiku

Champix

1mg film-coated tablets x 28

52.76

51.08

-1.68

jgħin fil-kura tal-vizzju tat-tipjip

Depo-Medrone

40mg/ml suspension for injection x 1ml

5.17

4.35

-0.82

trattament għal ċertu kundizzjonijiet ta' infjammazzjoni

Depo-Medrone

40mg/ml suspension for injection x 2ml

8.41

7.78

-0.63

trattament għal ċertu kundizzjonijiet ta' infjammazzjoni

Fucidin

2% ointment x 15g x 1

6.64

6.30

-0.34

antibijotiku għall-infezzjonijiet tal-ġilda

Fucidin

2% cream x 15g x 1

6.66

6.30

-0.36

antibijotiku għall-infezzjonijiet tal-ġilda

Lyrica

75mg hard capsules x 56

106.94

85.96

-20.98

għall-uġigħ newropatiku u epilessija

Lyrica

150mg hard capsules x 56

106.94

96.42

-10.52

għall-uġigħ newropatiku u epilessija

Macrodantin

50mg capsules x 30

6.10

5.62

-0.48

antibijotiku

Macrodantin

100mg capsules x 30

11.02

10.28

-0.74

antibijotiku

Tamsol

0.4mg modified-release hard capsules x 20

16.90

12.50

-4.40

għall-mard tal-prostata

Xanax

250mg tablets x 60

9.57

8.26

-1.31

għall-ansjetà

Xanax

500mg tablets x 60

12.56

11.20

-1.36

għall-ansjetà


Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23952000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30am u t-3.00pm jew inkella billi jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku: fair.trading@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Il-Mediterranean Tourism Foundation tiltaqa’ mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela

PR262021

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Mediterranean Tourism Foundation t...

More Press Releases Right arrow